Kulthum Odeh
Kulthum Odeh (Għarbi: كلثوم عودة)(1892-1965) kienet awtriċi, traduttriċi u riċerkatriċi Palestinjana li għexet fl-Unjoni Sovjetika. Hija kellha pożizzjoni prominenti fost il-fundaturi tal-iskola Russa tal-Istudji Għarab.[1] Fl-1913, Odeh iżżewġet lit-tabib Russu Ivan Vasiliev u telqet mill-Palestina biex tmur toqgħod ir-Russja. Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija u r-Revoluzzjoni t’Ottubru, hi kienet għadha tgħix ir-Russja, u fl-1948, spiċċat il-ħabs wara li bagħtet ittra lil Stalin biex tipprotesta kontra l-fatt li hu jirrikonoxxi lill-Istat Sijonist.
Kulthum Odeh | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Nazaret, 1892, 2 April 1892 |
Mewt | Unjoni Sovjetika, 24 April 1965 |
Edukazzjoni | |
Lingwi |
Għarbi Russu |
Għalliema | Khalil al-Sakakini (en) |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kittieb traduttur Arabic teacher (en) |
Premjijiet |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Edukazzjoni
immodifikaMinħabba li ma kinitx tiġi trattata sew mill-ġenituri tagħha, u minħabba li kienu jikkritikaw l-apparenza fiżika tagħha, l-edukazzjoni kienet l-unika prijorità ta’ Odeh u mod ta’ kif taħrab mir-realtà. Hija bdiet tattendi l-iskola u nnutat li l-bniet ma kinux fiżikament attraenti. Fi kliem ieħor, dan kien ifisser li ħadd ma kien interessat li jiżżewwiġhom. Wara li spiċċat mill-iskola primarja, Odeh kompliet l-edukazzjoni tagħha fl-iskejjel Russi f’Nazaret. Fid-djarju tagħha kitbet: “Ommi kienet tgħidli, ‘Min ser jiżżewġek lilek? Inti ser tispiċċa tqatta’ ħajtek kollha seftura tal-mara ta’ ħuk’. Jien bdejt naħseb f’modi ta’ kif nista’ nevita dan il-futur miżeru. Ma rajt l-ebda triq li setgħet twassalni għall-kuntentizza ħlief dik tal-edukazzjoni u dak iż-żmien, l-unika professjoni aċċessibbli għan-nisa kienet dik tat-tagħlim. Qabel il-gwerra, kienet prattika komuni fl-iskejjel primarji Russi, li min kien jiġi l-ewwel fil-klassi kien jingħata aċċess b’xejn għall-edukazzjoni fid-dipartiment tal-iskejjel li joffru faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni, u wara kien jingħata l-pożizzjoni ta’ għalliem. Għalhekk, jien stinkajt kemm stajt sakemm ksibt dak li ridt. Għal dan nirringrazzja lil missieri, għaliex ommi, illum mejta, irreżistiet bis-saħħa kollha t-triq li għażilt fil-qasam tal-edukazzjoni”. Hija ngħaqdet mal-Iskola Russa tas-‘Seminarju’ f’Beit Jala, u wara li ggradwat, irritornat Nazaret fejn hemmhekk ħadmet bħala għalliema fl-iskejjel komunitarji Russi (skejjel Maskobjani).
Karriera
immodifikaHija bdiet il-karriera tagħha fil-letteratura bil-pubblikazzjonijiet ta’ diversi artikli f’rivisti varji li jinkludu An-Nafais Al-’Assriyya ta’ Haifa, Al-Hilal’ tal-Kajr u Al-Hasnaa ta’ Beirut. F’Nazaret, Odeh iltaqgħet għall-ewwel darba ma’ Ignaty Krachkovsky, orjentalist importanti Russu li kien qiegħed iżur il-Palestina matul l-1908 u l-1910, u li ’l quddiem kellu rwol importanti f’ħajjitha. Fil-ktieb tiegħu Among Arabic Manuscripts, hu jirreferi għal-laqgħa li kellu ma’ Odeh. Il-mara tiegħu, Vera Krachkovskaya, kitbet ukoll li waqt il-vjaġġ ta’ żewġha f’Nazaret, huwa kien akkumpanjat minn żewġ għalliema Palestinjani, waħda minnhom Odeh.
Ir-Ritorn ta’ Odeh fir-Russja
immodifikaOdeh u żewġha vvjaġġaw lejn ir-Russja fejn it-tnejn li huma ħadmu b’mod attiv fuq quddiem nett matul l-Ewwel Gwerra Dinjija. Odeh ivvolontarjat bħala infermiera u iktar tard, minħabba r-ribelljoni tar-Revoluzzjoni t’Ottubru, żewġha ngħaqad mal-Armata l-Ħamra. Fl-1919, Vasiliev marad bit-Tifodju, u ma rnexxilux joħroġ minnha, tant li spiċċa ħalla warajh lil martu, wara biss ħames snin miżżewġin, u lit-tliet uliedu bniet. Wara mewtu, Odeh ħadmet bħala bidwija fl-Ukraina biex tkun tista’ tmantni lil familtha. Wara dan il-perjodu, bdiet tgħallem l-Għarbi fid-Dipartiment tal-Lingwi Orjentali fl-Università tal-Istat ta' San Pietruburgu. Hija rċeviet id-Dottorat tagħha fis-sena 1928 b’teżi li tiffoka fuq id-djaletti Għarab. Iktar ‘’il quddiem, Krachkovsky kien ta’ għajnuna kbira fil-vjaġġ akkademiku tagħha. Matul dan iż-żmien, Odeh ipprattikat it-traduzzjoni mir-Russu għall-Għarbi u viċi versa. Fl-1928, hija reġgħet marret Nazaret biex tara lill-familja tagħha, u waqt li kienet f’Ġerusalemm, iltaqgħet ma’ Mufti Amin al-Husseini. Mar-ritorn tagħha f’Moska, Odeh laħqet edukatriċi fl-Istitut tal-Istudji Orjentali u wara bdiet tgħallem fl-Istitut tar-Relazzjonijiet Internazzjonali u fl-Iskola Diplomatika Ogħla.
Kontribuzzjonijiet Letterarji
immodifika- It-traduzzjoni għar-Russu ta’ Land, Hand and Water tar-rumanzier Iraqqin Dhu'l Nun Ayyoub.
- It-traduzzjoni għall-Għarbi tal-bijografija ta’ Ayyad al-Tantawi minn Krachkovsky.
Referenzi
immodifika- ^ "Information on Kulthoum Return on viaf.org website" , viaf.org, archived originally on April 7 , 2020.