Konvenzjoni ta' Vjenna dwar id-Dritt tat-Trattati
Il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar id-Dritt tat-Trattati hija trattat internazzjonali dwar id-Dritt Internazzjonali Konswetudinarju (jew mhux skritt), b'mod partikolari dwar it-trattati bejn l-istati. It-trattat ġie adottat nhar it-22 ta' Mejju 1969 u nfetaħ għall-firem nhar it-23 ta' Mejju. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ nhar is-27 ta' Jannar 1980. Sa Novembru 2010 it-trattat kien jorbot 111-il stat. Malta aċċediet f'Settembru 2012.
Storja
immodifikaIl-Konvenzjoni ġie sottoposta lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-1966. Kienet il-Kummissjoni tad-Dritt Internazzjonali li fasslitha. L-Assemblea Ġenerali sejħet konferenza bl-iskop li jkun adottat it-trattat (Riżoluzzjoni 2166 - XXI). Il-konferenza ħadet żewġ sessjonijiet, bejn l-1968 u l-1969, u fit-22 ta' Mejju 1969 adottat it-trattat.
Għanijiet
immodifikaIl-Konvenzjoni tgħodd biss għal trattati konklużi bejn l-istati, u b'hekk ġiet eskluża l-possibilità li tista' tisfa invokata b'riferiment għall-akkordji bejn l-istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali jew bejn l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Bl-iskop li jkunu rregolati dawn it-trattati tal-aħħar, l-Assemblea Ġenerali adottat il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar id-Dritt tat-Trattati bejn Stati u Organizzazzjonijiet Internazzjonali jew bejn Organizzazzjonijiet Internazzjonali, li għadha ma daħlitx fis-seħħ.
Ħoloq esterni
immodifikaIl-Wikisors għandu testi oriġinali li għandhom x'jaqsmu ma' dan l-artiklu: Vienna Convention on the Law of Treaties |