Kinderdijk

villaġġ rurali f’Molenland, in-Netherlands

Kinderdijk (pronunzjata bl-Olandiż: [ˌkɪndərˈdɛi̯k]) huwa villaġġ fil-muniċipalità ta’ Molenlanden, fil-provinċja tan-Nofsinhar tal-Olanda, in-Netherlands. Il-villaġġ jinsab madwar 15-il kilometru fil-Lvant ta’ Rotterdam.

Kinderdijk
 Netherlands
Amministrazzjoni
Stat sovranRenju tan-Netherlands
Country of the Kingdom of the NetherlandsNetherlands
Province of the NetherlandsSouth Holland (en) Translate
Municipality of the NetherlandsMolenlanden (en) Translate
Ġeografija
Koordinati 51°53′00″N 4°38′00″E / 51.883333333333°N 4.6333333333333°E / 51.883333333333; 4.6333333333333Koordinati: 51°53′00″N 4°38′00″E / 51.883333333333°N 4.6333333333333°E / 51.883333333333; 4.6333333333333
Kinderdijk is located in Netherlands
Kinderdijk
Kinderdijk
Kinderdijk (Netherlands)
Demografija
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin UTC+1
L-imtieħen tar-riħ ta’ Kinderdijk f’inżul ix-xemx

Kinderdijk jinsab fl-art bassasa (bl-Olandiż u bl-Ingliż: polder) imsejħa Alblasserwaard fil-konfluwenza tax-xmajjar Lek u Noord. Sabiex jitwettaq id-drenaġġ tal-art bassasa, li fl-imgħoddi kien qiegħ ta’ xmara, inbniet sistema ta’ 19-il mitħna tar-riħ għall-ħabta tal-1740. Dan il-grupp ta’ mtieħen tar-riħ huwa l-ikbar konċentrazzjoni ta’ mtieħen tar-riħ antiki fin-Netherlands. L-imtieħen tar-riħ ta’ Kinderdijk huma wieħed mill-iktar siti turistiċi Olandiżi magħrufa u ilhom fil-lista tas-Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO mill-1997.[1]

Etimoloġija

immodifika

L-isem “Kinderdijk” bl-Olandiż ifisser “diga tat-tfal”. Matul l-għargħar ta’ Santa Eliżabetta tal-1421, il-Grote Hollandse Waard spiċċa taħt l-ilma, iżda l-art bassasa ta’ Alblasserwaard ma batietx mill-għargħar. Spiss jingħad li wara li battiet il-maltempata terribbli, wieħed li kien jgħix fil-villaġġ mar jispezzjona d-diga bejn iż-żewġ żoni msemmija hawn fuq biex jara x’seta’ jiġi salvat. ’Il bogħod minnu lemaħ nieqa tal-injam f’wiċċ l-ilma. Kif qorbot lejh, innota xi ċaqliq, u wara li ħares iktar mill-qrib, fiha sab li kien hemm qattus li kien qed jipprova jżomm il-bilanċ billi jaqbeż minn naħa għall-oħra biex kemm jista’ jkun l-ilma ma jfurx fin-nieqa. Meta n-nieqa eventwalment waslet qrib biżżejjed lejn id-diga biex wieħed jiġborha, ra li kien hemm tarbija rieqda ġo fiha wkoll, li baqgħet niexfa u għall-irdoss. Il-qattus kien żamm il-bilanċ tan-nieqa u żammha f’wiċċ l-ilma. Din il-ġrajja folkloristika u leġġenda hija magħrufa bħala dik ta’ “Il-Qattus u n-Nieqa”.[2][3]

 
Kinderdijk

Snin bikrin

immodifika

Fl-art bassasa ta’ Alblasserwaard, il-problemi bl-ilma bdew ifeġġ iktar spiss fis-seklu 13. Ġew imħaffra kanali kbar, li bl-Olandiż jissejħu weteringen, sabiex jiġi żvujtat l-eċċess ta’ ilma mill-artijiet bassasa. Madankollu, wara d-drenaġġ tal-ilma, il-livell tal-ħamrija xorta waħda baqa’ nieżel, filwaqt li l-livell tax-xmara għola minħabba d-depożiti tar-ramel tax-xmara. Wara ftit sekli, kien meħtieġ mod ieħor kif l-artijiet bassasa jibqgħu nexfin.

Kostruzzjoni

immodifika

Ġie deċiż li jinbnew serje ta’ mtieħen tar-riħ, b’kapaċità limitata li jagħmlu tajjeb għad-differenzi fil-livell tal-ilma, iżda xorta waħda kapaċi jippumpjaw l-ilma f’ġibjun f’livell intermedju bejn il-ħamrija fl-art bassasa u x-xmara.

L-ilma tal-ġibjun seta’ jiġi ppumpjat ’il barra fix-xmara minn imtieħen tar-riħ oħra kull meta l-livell tax-xmara kien baxx biżżejjed; il-livell tax-xmara jkollu varjazzjonijiet skont l-istaġuni u l-marea. Għalkemm uħud mill-imtieħen tar-riħ għadhom jintużaw, dan il-proċess ta’ kontroll tal-livell tal-ilma issa jsir l-iktar minn żewġ stazzjonijiet tal-ippumpjar li jaħdmu bid-diżil u li jinsabu ħdejn waħda mid-daħliet tal-imtieħen tar-riħ ta’ Kinderdijk.

Sit ta’ Wirt Dinji

immodifika
 
Waħda mill-imtieħen tar-riħ iddur

In-network ta’ 19-il mitħna tar-riħ f’Kinderdijk-Elshout ġie ddeżinjat bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta’ tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) “Rappreżentazzjoni ta’ kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”, ladarba n-network tal-imtieħen tar-riħ juri l-ħila tal-bniedem tul kważi millenju fid-drenaġġ u l-protezzjoni ta’ żona permezz tal-iżvilupp u l-applikazzjoni tat-teknoloġija idrawlika; il-kriterju (ii) “Wirja ta’ skambju importanti ta’ valuri umani, tul perjodu ta’ żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ”, ladarba l-imtieħen tar-riħ flimkien mal-kanali, id-digi, eċċ. huma eżempju tal-iżvilupp tat-tekniki tad-drenaġġ Olandiżi li mbagħad ġew ikkupjati u adattati f’ħafna nħawi tad-dinja; u l-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta’ tip ta’ bini, ta’ grupp ta’ siti jew ta’ pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”, ladarba bis-saħħa tas-sistema idrawlika tal-imtieħen tar-riħ li għadha taħdem sa llum, kienu possibbli l-insedjament u l-kultivazzjoni ta’ żona kbira ta’ torbiera.[1]

 
Veduta panoramika ta’ Kinderdijk

Kultura popolari

immodifika
 
L-imtieħen tar-riħ ta’ Kinderdijk jirriflettu fl-ilma
  • Fl-2005, fil-logħba elettronika tal-PlayStation 2, Sly 3: Honor Among Thieves, Kinderdijk huwa tielet post li tista’ tilgħab fih. Diversi missjonijiet jinkludu l-użu tal-imtieħen tar-riħ ikoniċi biex jgħinu lill-protagonista tal-logħba, Sly, fi ġlieda bl-inġenji tal-ajru fuq il-villaġġ.
  • Kinderdijk huwa l-isfond fil-logħba elettronika tal-ġlied Capcom vs. SNK 2: Mark of the Millennium 2001. Min jilgħab il-logħba jiġġieled quddiem l-imtieħen tar-riħ f’għalqa bil-ħaxix aħdar.

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Mill Network at Kinderdijk-Elshout". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-10.
  2. ^ "The Legend of Hans Brinker". web.archive.org. 2014-11-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-11-01. Miġbur 2021-07-10.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Griffis, William Elliot. The Cat and the Cradle in Dutch Fairy Tales For Young Folks. New York: Thomas Y. Crowell Co., 1918.