L-Imħallef Joseph Azzopardi (Isla, 1955) huwa l-Prim Imħallef fil-Qrati ta' Malta.

Joseph Azzopardi
Ħajja
Twelid L-Isla, 8 April 1955 (69 sena)
Okkupazzjoni

Huwa ngħata l-warrant biex jeżerċità l-professjoni ta’ avukat fl-1980.

Huwa pprattika estensivament bħala avukat fil-qrati u kien ukoll konsulent legali ta’ diversi korporazzjonijiet pubbliċi.

Huwa serva wkoll bħala direttur tal-Mid Med Bank fil-Bord tal-Awtorità tad-Djar kif ukoll kien elett bħala membru tal-Kamra tal-Avukati u bħala president tal-istess Kamra.

Politika

immodifika

Huwa kien kandidat mal-Partit Laburista għal elezzjoni waħda, dik tal-1981, iżda ma kienx elett.

Imħallef

immodifika

Huwa nħatar Imħallef tal-Qrati Superjuri fl-2003 u serva fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, fil-Qorti tal-Familja u s-Sekond’ Awla tal-Qorti Ċivili sakemm fi Frar tas-sena 2013 huwa ġie maħtur mill-Prim Imħallef biex iservi bħala imħallef fil-Qorti tal-Appell (Sede Superjuri).

Kien ilu mill-2010 membru tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja b’għażla tal-imħallfin stess.

Nhar is-26 ta’ April, 2018, huwa nħatar Prim Imħallef.