Jimmy Douglas
James Edward Douglas (twieled fit-12 ta' Jannar 1898 – miet fil-5 ta' Marzu 1972) kien plejer tal-futbol Amerikan.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | James Edward Douglas | ||
Twelid | 12 ta' Jannar 1898 East Newark, Stati Uniti | ||
Mewt | 5 ta' Marzu 1972 (74 sena) Point Pleasant | ||
Tul | 1.86 m | ||
Rwol | Gowler | ||
Mixtliet | |||
Central Juniors | |||
Ryerson | |||
Antlers | |||
Erie | |||
Swanson | |||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1922–1923 | Harrison | ||
1923–1925 | Newark Skeeters | ||
1925–1927 | New York Giants | ||
1927–1928 | Fall River Marksmen | ||
1928 | Philadelphia Field Club | ||
1928–1929 | Brooklyn Wanderers | ||
1929 | Fall River Marksmen | ||
1929–1930 | New York Nationals | ||
1930 | → New York Giants | ||
1931 | New York Americans | ||
Tim nazzjonali | |||
1924–1930 | Stati Uniti |
Bijografija
immodifikaDouglas beda l-karriera tiegħu ta' disa' snin mal-mixtla ta' Central Juniors ta' Newark. Matul it-tfulija u ż-żgħożija tiegħu hu lagħab ma' diversi timijiet tad-dilettanti. Fl-1922, hu ffirma ma' Harrison tal-American Soccer League (ASL). Minkejja dan hu xorta baqa' plejer dilettant, hekk kif irrifjuta li jitħallas.[1] Fl-1923 ingħaqad ma' Newark Skeeters (li xi drabi kienu jissejħu bħala Newark FC). Magħhom għamel żewġ staġuni u fl-1925 issieħeb man-New York Giants. Madanakollu, minħabba li Newark Skeeters kien għad għandhom lil Douglas irreġistrat magħhom, il-Giants kellhom jingħataw numru ta' telfiet minħabba l-ilmenti tat-timijiet.[2] Wara li ġiet solvuta l-problema tar-reġistrazzjoni, Douglas kompla jilgħab mal-Giantas sa Ottubru tal-1927 meta ingħaqad ma' Fall River Marksmen.[3]
Wara staġun ma' Fall River, Douglas imbagħad lagħab tnax-il partita tal-istaġun 1928–29 mal-Philadelphia Field Club qabel ma ingħaqad mal-Brooklyn Wanderers biex jilgħab tliet logħbiet. Hu temm l-istaġun ma' Fall River Marksmen. Fl-1929, Douglas ingħaqad man-New York Nationals li aktar tard ġie msemmi mill-ġdid bħala New York Giants wara li t-tim oriġinali tal-Giants biddlu isimhom għal New York Soccer Club. Hu għalaq il-karriera tiegħu man-New York Americans fl-1931 meta lagħab seba' logħbiet fl-aħħar staġun.
Fuq livell internazzjonali, Douglas lagħab disa' logħbiet mat-tim nazzjonali tal-Istati Uniti. L-ewwel logħba kienet fil-25 ta' Mejju 1924, f'rebħa ta' 1–0 kontra l-Estonja matul l-Olimpjadi ta' Pariġi, fejn ġie magħżul bħala l-plejer tal-partita. Hu ħa sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fejn fid-debutt ta-Istati Uniti kontra l-Belġju hu żamm ix-xibka mhux mittiefsa għall-ewwel darba fl-istorja tal-kompetizzjoni fir-rebħa ta' 3–0. Aktar tard lagħab kontra l-Arġentina fis-semifinali hu weġġa' wara biss erba' minuti. Minħabba li r-regoli ma kienux jippermettu sostituzzjonijiet, Douglas kellu jkompli logħba mweġġa'.
Fl-1954, Douglas ġie indott fin-National Soccer Hall of Fame.[4]
Referenzi
immodifika- ^ "A Swing Along Athletic Row" (bl-Ingliż). The Globe. 1924-02-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-08-06. Miġbur 2022-08-24.
- ^ "A Swing Along Athletic Row" (bl-Ingliż). The Globe. 1925-09-25. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-10-21. Miġbur 2022-08-24.
- ^ "STEEL SOCCER TEAM TO INVADE NEW ENGLAND" (bl-Ingliż). The Globe. 1927-10-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-10-21. Miġbur 2022-08-24.
- ^ "Jimmy Douglas" (bl-Ingliż). National Soccer Hall of Fame. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-01-08. Miġbur 2022-08-24.
Ħoloq esterni
immodifika- Jimmy Douglas fuq National-Football-Teams.com
- Jimmy Douglas fuq Olympedia