John Cremona
John Joseph Cremona (twieled fis-6 ta' Jannar 1918 – miet fl-24 ta' Diċembru 2020) kien ġurista u poeta Malti.
John Cremona | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Xagħra, 6 Jannar 1918 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | 24 Diċembru 2020 |
Edukazzjoni | |
Alma mater | University of London |
Lingwi |
Malti Ingliż Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | imħallef |
Cremona serva bħala ġurista fl-oqsma nazzjonali u internazzjonali u kien hu li fassal il-Kostituzzjoni ta' Malta meta Malta kisbet l-Indipendenza mir-Renju Unit fl-1964. Kien Prim Imħallef u Viċi-President tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll awtur ta' għadd ta' pubblikazzjonijiet ta' xejra kostituzzjonali, u anke kotba ta' poeżiji.
Letteratura
immodifikaCremona kiteb poeżija bit-Taljan, l-Ingliż u l-Malti.
Cremona ħareġ seba' kotba tal-poeżija li huma: Eliotropi, Songbook of the South, Malta Malta (bl-Ingliż fl-1992), Mas-Sebħ Għasafar (bil-Malti fl-2004), Ekwinozju (bil-Malti fl-2006), Poesie-Poems-Poeżiji (fi tliet ilsna fl-2009) u Il-Kantiku tax-Xagħra (2012).
Cremona beda l-karriera poetika tiegħu qabel il-gwerra, l-ewwel f'Malta u mbagħad f'Ruma mnejn kiseb id-Dottorat fil-Letteratura. Hemm ukoll kien jippubblika l-poeżiji tiegħu bit-Taljan f'xi wħud mill-aħjar rivisti, rebaħ darbtejn premju fil-Mostra Nazionale di Poesia Contemporanea u ġie tradott bil-Franċiż minn Jeanne Tisseau f'La Revue Nationale ta' Brussell, li ddeskrivietu bħal wieħed mill-kapijiet tal-moviment letterarju żagħżugħ. Ta' min jgħid li l-poeżiji tiegħu bl-Ingliż dehru wkoll f'xi wħud mill-aħjar rivisti Ingliżi, Awstraljani u Amerikani kif ukoll kien ġie mistieden biex ikun il-poeta li jirrappreżenta lil Malta fl-Antoloġija prestiġjuża tal-English Association, Commonwealth Poems Today, fl-1967.
Cremona kien għal bosta snin Viċi-President tal-International Poetry Society tal-Ingilterra meta kellha bħala President tagħha lil Christopher Fry. Poeżija tiegħu kienet ġiet moqrija mill-Poet Laureate Ingliż Cecil Day-Lewis fl-1969, u xi snin wara, fl-1992, waħda mill-poeżiji tiegħu tal-Gwerra, li iktar tard kienet ġiet ukoll immużikata minn Charles Camilleri, kienet inqrat mir-Reġina Eliżabetta II waqt l-Inawgurazzjoni Uffiċjali tas-Siege Bell Memorial.
Kotba dwar il-kostituzzjoni
immodifika- The Maltese Constitution And Constitutional History Since 1813 (bl-Ingliż). Malta: Publishers Enterprises Group (PEG). 1997. ISBN 9990900868.
- Malta and Britain: The Early Constitutions (bl-Ingliż). Malta: Publishers Enterprises Group (PEG). 1996. ISBN 999090071X.
- "Selected Papers, 1946-1989. By J.J. Cremona". The Cambridge Law Journal (bl-Ingliż). Malta: Publishers Enterprises Group (PEG). 52 (1): 183–184. 1990. doi:10.1017/S0008197300017487.
Ħajja privata
immodifikaFl-1949, Cremona żżewweġ lil Beatrice Crispo-Barbaro (1927–2001) u kellhom tlett itfal.[1]
Huwa miet fl-24 ta' Diċembru 2020 fl-età ta' 102.[2]
Referenzi
immodifika- ^ "San Giorgio". santfournier.org (bl-Ingliż). Miġbur 2020-12-31.
- ^ "J.J. Cremona, chief justice emeritus who drafted Maltese Constitution, dies at 102" (bl-Ingliż). Malta Today. Miġbur 2020-12-26.