It-Trunċiera tal-Qala

Il-Batterija ta' Sant' Antnin Maghrufa ahjar bhala it-Trunciera ta' Ras il-Qala

It-Trunċiera tal-Qala

Wahda mill-isbah gahwriet li ghandha l-gzira Ghawdxija u li tinsab gewwa ir-rahal tal-Qala hija bla dubju ta' xejn iI-Batterija ta' Sant'Antnin maghrufa ahjar bhala t-Trunciera tal-Qala. Din tinsab ezattament fil­-ponta l-aktar fil-Lvant t'Ghawdex, f'Ras il-Qala, limiti ta' Lambert u thares fuq il-bahar miftuh minn Dahlet Qorrot sa Sant'Aurica f'Kemmuna. Din il-batterija giet mibnija fis-sena 1732 fi zmien il-Gran Mastru Anton Manoel de Vilhena. Id-disinn ta' din il-batterija kien tal-Kavallier François de Mondion inginier Franciz tal-Ordni ta' Gerusalmitan. Din tlestiet fI-1782.

Il-kostruzzjoni tal-batterija u l-armar taghha bl-artillerija gew imhallsa mill-Ordni tal-Kavallieri ta' San Gwann. Is-salarji tas-suldati Ii kienu impjegati fiha thallsu mill-Universita' ta' Ghawdex. Ghal dan l-iskop kien hemm taxxa ta' erba' habbiet fuq kull modd qamh li kien jinxtara mill-imhazen tal-gzira. II-batterija ta' Ras iI-Qala hija meqjusa bhala Wirt Patrimonjali Nazzjonali. II-batterija ta' Ras iI-Qala ghandha wkoll arkitettura unika mhux biss f'pajjizna izda wkoll fI-Ewropa kollha.


Mill-ajru din tidher qisha xi tajra dinosawra ta' Zmien il-Pre-istorja. Is­-sitt faccati tal-fortizza huma kisja ta' gebel zonqri, b'livelli differenti, bil-parti l-aktar gholja tiffaccja I-bahar. It-tliet hitan I-ohra huma c­ccirkundati b'foss fond bejn tliet u erba' metri u wiesa' zewg metri u nofs. Parti minn dan iI-foss illum huwa mirdum bil-gebel tat-Trunciera stess u hamrija li x-xita tkaxkar mill-ghelieqi. It-Trunciera msejha wkoll ii-Fortin, tinsab 25 metru 'il boghod mill-bahar u ghalhekk x'hin kien jimtela l-foss kien jinzel facilment fil-bahar. L-istess foss jghaddi mid­-dahla ewlenija tal-Batterija fejn tircievi l-ilma tax-xita mill-blat ta' quddiemu kif juru xi kanali mhaffrin ghal dan il-ghan. II-foss ma jdurx mal-fortin kollu izda jghaddi mal-hajt tal-punent lbic u jinzel sa' nofs iI-foss tal-majjistral u ta' nofs in-nhar ix-xlokk.

Int u diehel fil-bieb tat-Trunciera wiehed jista' jilmah arma-doppja fuq in-naha ta' fuq tal-bieb fi stat hazin hafna bi kliem Latin imnaqqax u b'data tas-sena 1732 tahtha. Meta tidhol 'il gewwa mill-bieb, f'nofs il-­misrah tat-Trunciera, hemm gibjun imdaqqas ta' madwar tmien metri u nofs tul, erba' metri u nofs wisa' u erba' metri gholi. Is-saqaf tal-gibjun hu mibni minn gebel mimdud u inkastrati f'arkata wahda u kapaci jzomm ghall-piz tal-kanuni li kellhom jghaddu minn fuqu qabel jitpoggew f'posthom.


F'din il-fortizza wiehed isib hdax -il tieqa fejn kienu jitpoggew il-kanuni ghad-difiza taghha; erba' jitfghu it-tir taghhom ghall-majjistral, tlieta lejn in-nofs in-nhar ix-xlokk u erba' flimkien mal-kanuni tat-Torri ta' Kemmuna setghu jiddefendu tajeb l-fliegu ta' Ghawdex. In-naha tal-punent kien mghasses u mhares tajjeb mill-foss u mis-suldati bl-ixkubetta. It-­trunciera fiha sitta u ghoxrin post minn fejn jisparaw bl-ixkubetta. F'nofs il-misrah tal-Fortin fuq iz-zewg nahat tal-gibjun kien hemm xi darba zewg kmamar ghas-suldati u ghall-hazna. Biex ii-Fortin seta' jopera l-partijiet kollha tieghu kien jehtieg mill-inqas 50 suldat f'kaz ta' attakk. Bhalma nafu, dan ii-Fortin inbena lejn tmiem iI-migja tal­-Kavallieri tal-Ordni ta' San Gwann, zmien wara I-assedju u fI-eqlel battalji kontra I-Imperu Ottoman.

It-Trunciera qed tigi rrestawrata u moghtija lura lill-poplu tal-Qala. Ghaddew 263 sena ta' temp sabih u maltemp li hafna drabi kien jghattiha u b'hekk l-elementi kienu qed ihallu impatt qawwi fuq ii-Fortin.