Isabel Allende
Isabel Allende Llona (twieldet fit-2 ta' Awwissu 1942) hija kittieba Ċilena. Hi hi waħda mill-aktar awturi Sud-Amerikani famużi b'kotba bħal Id-Dar tal-Erwieħ (La casa de los espíritus) u Il-Belt tal-Bhejjem (La ciudad de las bestias). Kitbet rakkonti msejsa fuq l-esperjenzi personali tagħha, ħafna drabi wkoll fuq l-esperjenzi tan-nisa, u rnexxielha tinseġ il-ħrafa mar-realtà. Għallmet il-letteratura f'bosta universitajiet Amerikani. Attwalment toqgħod ġewwa l-belt ta' Kalifornja flimkien mar-raġel tagħha, Willie Gordon. Fl-2003, irnexxielha tikseb iċ-ċittadinanza Amerikana.
Bijografija
immodifikaGħalkemm imwielda l-Peru, Isabel Allende ġiet imrobbija ġewwa ċ-Ċili. Wara l-qtil ta' zijuha, il-President Salvador Allende, kellha taħrab minn hemm. Ħadmet ġewwa l-Veneżwela mill-1975 sal-1984 u mbagħad marret toqgħod Istati Uniti. Ħadmet bħala preżentatriċi televiżiva u ġurnalista. Kitbet drammi u stejjer għat-tfal. L-ewwel ktieb għall-adulti li kitbet kien La casa de los espíritus, li ġie maqlub għal 27 lingwa.
Xogħlijiet
immodifikaKitbet tmien novelli, fosthom Zorro (2005), Retrato en sepia (Ritratt bis-sepja)(2000), Hija de la fortuna (Aħwa tax-xorti) (1998), u Afrodita. Cuentos, recetas y otros afrodisiacos (Afrodite, stejjer, riċetti u afrodiżjaċi oħra) (1997). Fil-ktieb Mi país inventado (Pajjiżi ivvintat) (2003) tagħti rendikont tal-parti ta' ħajjitha li qattgħet fiċ-Ċilì.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Isabel Allende |