Ingredjent

sustanza li tkun parti minn xi prodott

Ingredjent huwa sustanza li tifforma parti minn taħlita (f’sens ġenerali). Pereżempju, fit-tisjir, ir-riċetti jispeċifikaw liema ingredjenti jintużaw biex jitħejja platt speċifiku. Bosta prodotti kummerċjali jkun fihom ingredjenti sigrieti li suppost jagħmluhom aħjar mill-prodotti li jkunu kompetituri tagħhom. Fl-industrija farmaċewtika, ingredjent attiv huwa dik il-parti minn formulazzjoni li twassal għall-effett mistenni mill-klijent.

Ingredjenti tas-soppa Koreana Galbi-tang
Lista tal-ingredjenti fuq it-tikketta ta’ prodott tal-ikel/tax-xorb

Il-liġijiet nazzjonali s-soltu jirrikjedu li l-prodotti tal-ikliet ippreparati jesponu lista tal-ingredjenti fuq il-prodott, u jirrikjedu b’mod speċifiku li ċerti addittivi jiġu elenkati.

Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi żviluppati, il-liġi tirrikjedi li l-ingredjenti jkunu elenkati skont il-piż relattiv tagħhom fil-prodott.[1] Jekk ingredjent minnu nnifsu jkun magħmul minn iktar minn ingredjent wieħed (bħall-biċċiet tal-ħlewwa u taċ-ċikkulata fil-“gallettini b’togħma tal-ħlewwa u taċ-ċikkulata”), allura dak l-ingredjent jiġi elenkat skont il-persentaġġ tiegħu fil-prodott kollu, u l-ingredjenti tiegħu stess jintwerew ħdejh f’parentesi.

It-terminu “kostitwent” spiss jintuża biex jirreferi għal sustanzi li jikkostitwixxu t-tessuti tal-organiżmi ħajjin. Għalhekk, l-ingredjenti kollha huma kostitwenti, iżda mhux il-kostitwenti kollha huma ingredjenti.

Ingredjent artifiċjali

immodifika

Ingredjent artifiċjali normalment jirreferi għal ingredjent li jkun artifiċjali jew magħmul mill-bniedem, pereżempju:

  • Togħma/aromatizzant artifiċjali
  • Addittiv tal-ikel
  • Kolorant tal-ikel
  • Konservant
  • Sostitut taz-zokkor, dolċifikant/ħlewwa artifiċjali

Referenzi

immodifika
  1. ^ Nutrition, Center for Food Safety and Applied (2020-02-05). "Guidance for Industry: Food Labeling Guide". U.S. Food and Drug Administration (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-10.