Il Canto degli Italiani
"Il Canto degli Italiani" (li tfisser "Il-Kant tat-Taljani") huwa l-innu nazzjonali tal-Italja miktub minn Goffredo Mameli b'kompożizzjoni ta' Michele Novaro. Fost it-Taljani l-innu huwa aħjar magħruf bħala l-Inno di Mameli (L-Innu ta' Mameli), wara l-awtur tal-lirika, jew Fratelli d'Italia (L-Aħwa tal-Italja), frażi meħuda mill-ewwel vers.
Fl-1847, il-poeta Goffredo Mameli kiteb Il Canto degli Italiani li kienet tesprimi il-ġlieda għall-unifikazzjoni u l-indipendenza tal-Italja, u għalhekk nfirxet u saret popolari immens fi żmien ir-Risorgimento (lit. Qawmien, il-proċess tal-unifikazzjoni tal-Italja fis-seklu 19). Wara l-unifikazzjoni fl-1861, l-innu tal-Familja tas-Savoja kien ukoll użat bħala innu nazzjonali. Meta fl-1946 l-Italja saret repubblika, Il Canto degli Italiani intgħażlet biex isservi ta' innu nazzjonali temporanju. Din l-għażla baqgħet ma ġiet qatt riveduta u baqa' jżomm dan ir-rwol matul is-snin filwaqt li baqa' l-innu nazzjonali de facto tar-Repubblika Taljana.
Versi
immodifikaFratelli d'Italia,
l'Italia s'è desta,
dell'elmo di Scipio
s'è cinta la testa.
Dov'è la Vittoria?
Le porga la chioma,
ché schiava di Roma
Iddio la creò.
Kor:
Stringiamci a coorte,
siam pronti alla morte.
Siam pronti alla morte,
l'Italia chiamò.
Stringiamci a coorte,
siam pronti alla morte.
Siam pronti alla morte,
l'Italia chiamò!
Noi fummo da secoli
calpesti, derisi,
perché non siam popolo,
perché siam divisi.
Raccolgaci un'unica
bandiera, una speme:
di fonderci insieme
già l'ora suonò.
Kor
Uniamoci, amiamoci,
l'unione e l'amore
rivelano ai popoli
le vie del Signore.
Giuriamo far libero
il suolo natio:
uniti, per Dio,
chi vincer ci può?
Kor
Dall'Alpi a Sicilia
dovunque è Legnano,
ogn'uom di Ferruccio
ha il core, ha la mano,
i bimbi d'Italia
si chiaman Balilla,
il suon d'ogni squilla
i Vespri suonò.
Kor
Son giunchi che piegano
le spade vendute:
già l'Aquila d'Austria
le penne ha perdute.
Il sangue d'Italia,
il sangue Polacco,
bevé, col cosacco,
ma il cor le bruciò.
Kor[1]
Kritika
immodifikaRiċentement, fl-Itajla kien hemm diskussjonijiet dwar jekk għandux jintgħażel innu ieħor minflok Fratelli d'Italia. Ħafna nies (kemm nies komuni kif ukoll esperti) jaħsbu li l-mużika ta' Fratelli d'Italia hija pjuttost fqira, speċjalment meta tikkumparaha mat-tradizzjoni rinomata tal-mużika klassika Taljana (bħal, ngħidu aħna, Giuseppe Verdi jew Giacomo Puccini).
Il-lirika, mhix universali, u tirreferi għal episodji speċifiċi fl-istorja Taljana; filwaqt li kienu adattati għas-seklu 19, illum il-ġurnata tilfu ħafna mis-sinifikat tagħhom. Iżda allavolja hemm dawn l-argumenti kollha kontra Fratelli d'Italia, dan l-innu daħal fil-qlub ta' ħafna u mhux daqshekk probabbli li jinbidel kif ġieb u laħaq.
Referenzi
immodifika- ^ "Italy – "Il Canto degli Italiani"". nationalanthems.me (bl-Ingliż). Miġbur 2011-11-24.