Hongcun

villaġġ Ċiniż fil-Kontea ta' Yi, Anhui

Hongcun (biċ-Ċiniż: 宏村; bil-Pinjin: Hóngcūn; litteralment "il-villaġġ ta' Hong") huwa villaġġ fir-Raħal ta' Hongcun, il-Kontea ta' Yi, Huangshan, fir-reġjun storiku ta' Huizhou tan-Nofsinhar tal-provinċja ta' Anhui, iċ-Ċina, qrib ix-xaqliba tal-Lbiċ tal-muntanja Huangshan.[1]

Hongcun
 Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
Amministrazzjoni
Stat sovranRepubblika tal-Poplu taċ-Ċina
Province of ChinaAnhui
Belt prefetturaHuangshan
Counties of ChinaKontea ta' Yi
Town of ChinaRaħal ta' Hongcun
Isem uffiċjali 宏村村
Ġeografija
Koordinati 30°00′13″N 117°58′54″E / 30.003611111111°N 117.98166666667°E / 30.003611111111; 117.98166666667Koordinati: 30°00′13″N 117°58′54″E / 30.003611111111°N 117.98166666667°E / 30.003611111111; 117.98166666667
Hongcun is located in Ċina
Hongcun
Hongcun
Hongcun (Ċina)
Superfiċjenti 28 hectare, 330 hectare
Demografija
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin UTC+8
hongcun.com.cn

Flimkien ma' Xidi, il-villaġġ tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000, bis-saħħa tal-preservazzjoni eċċezzjonali tal-arkitettura u tal-ippjanar ta' villaġġ rurali ta' żmien iċ-Ċina fewdali.[2][3] Xeni mill-film Crouching Tiger, Hidden Dragon inġibdu f'Hongcun.

 
Waħda mir-residenzi minn ġewwa fil-Villaġġ tal-Qedem ta' Hongcun.

Hongcun ġie stabbilit fl-1131 minn Wang Wen, ġeneral ta' żmien id-dinastija Song tan-Nofsinhar.[4] Bħall-familja Hu ġara f'Xidi, il-membri tal-familja Wang saru merkanti għonja u l-popolazzjoni tal-villaġġ kibret minn 1,400 ruħ għal madwar 1,900 ruħ. L-arkitettura u t-tinqix tal-madwar 150 residenza li jmorru lura għal żmien id-dinastiji Ming u Qing jingħad li huma fost l-aqwa tat-tip tagħhom fiċ-Ċina. Waħda mill-ikbar residenzi li hija miftuħa għall-pubbliku, is-Sala ta' Chenzhi, fiha wkoll mużew żgħir.

Il-villaġġ għandu l-għamla ta' gendus, bl-għolja fil-qrib (l-Għolja ta' Leigang) interpretata bħala r-ras, u żewġ siġriet fuqha interpretati bħala l-qrun. L-erba' pontijiet li jaqsmu n-nixxiegħa ta' Jiyin jistgħu jiġu interpretati bħala r-riġlejn filwaqt li d-djar tal-villaġġ jiġu interpretati li jiffurmaw il-ġisem. Fi ħdan il-"ġisem", in-nixxiegħa ta' Jiyin tirrappreżenta l-intestini u diversi lagi bħal-"Lag tan-Nofsinhar" (Nanhu) jiffurmaw l-organi interni l-oħra. Passaġġ fuq l-ilma li għandu xi 400 sena jikkollega kull unità residenzjali maż-żewġ sorsi tal-ilma fil-villaġġ, u l-biċċa l-kbira tat-toroq jinsabu maġenbhom. Dawn it-toroq huma pavimentati bil-granit oriġinali tal-Kontea ta' Yi. Ir-residenzi tipiċi tal-villaġġ fihom bitħa ċentrali mdawra b'niċeċ simetriċi bil-kmamar, għalkemm hemm djar privati ferm ikbar taċ-ċittadini għonja.[4]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Il-Villaġġi Antiki fin-Nofsinhar ta' Anhui – Xidi u Hongcun ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[2]

 
Veduta panoramika tal-villaġġ ta' Hongcun.

Trasport

immodifika

Il-karozzi tal-linja huma disponibbli mill-Venda tal-Karozzi tal-Linja ta' Huangshan. Hemm karozzi tal-linja wkoll mill-Venda ta' Tangkou lejn Hongcun. Il-Venda tal-Karozzi tal-Linja ta' Tangkou tinsab fil-bażi taż-Żona Xenika ta' Huangshan.[5]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "黟县宏村镇_区划地名网(行政区划网)". www.xzqh.org. Miġbur 2024-08-30.
  2. ^ a b ċ "Ancient Villages in Southern Anhui - Xidi and Hongcun". whc.unesco.org. Miġbur 2024-08-30.
  3. ^ "China.com - Your guide on traveling and living in China". english.china.com. Miġbur 2024-08-30.
  4. ^ a b "Dokument tal-evalwazzjoni tal-UNESCO" (PDF).
  5. ^ "Hongcun Village – ChinaTour.Net" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-08-30.