Helichrysum panormitanum subsp. melitense
Helichrysum panormitanum subsp. melitense, magħrufa ukoll bis-sinonimu Helichrysum melitense, hija sottospeċi ta' pjanta mill-familja Asteraceae li hija endemika għall-Gżejjer Maltin, speċifikament għall-gżira Għawdxija.[1][2][3][4] Hija magħrufa bil-Malti bħala is-Sempreviva ta' Għawdex.[4] Is-Sempreviva ta’ Għawdex hija waħda mill-aktar pjanti rari endemiċi Maltin[5]
Helichrysum panormitanum subsp. melitense | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
F'Periklu Kritiku ta' Estinzjoni (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju | Plantae |
Ordni | Asterales |
Familja | Asteraceae |
Tribù | Gnaphalieae (en) |
Ġeneru | Helichrysum (en) |
speċi | Helichrysum melitense Brullo & Lanfr. & Pavone & Ronsisv.,
|
Is-Sempreviva ta’ Għawdex qed tonqos fis-selvaġġ minħabba t-telf tal-ambjent u l-kompetizzjoni ma’ speċi invażivi.[2] Għalkemm f’dawn l-aħħar snin din il-pjanta saret poplari bħala pjanta ornamentali lokalment u inżergħet f’bosta żoni pubbliċi.[3]
Deskrizzjoni
immodifikaIs-Sempreviva ta’ Għawdex hija pjanta perenni li tikber f’forma ta’ arbuxell ta’ daqs bejn 20-60 ċentimetru fit-tul u għandha diametru ta’ bejn 50-150ċm.[2][3] Din il-pjanta tagħmel inflorexxenza ta’ fjuri sofor marsusin flimkien fuq zkuk singolari ‘l fuq nett tal-pjanta bejn April u Lulju.[2][3][6][4] Il-weraq tawwali ta’ din il-pjanta huwa muswaf u ta’ lewn fiddieni fl-aħdar.[2][4] Wara l-fjuri, tifforma ż-żerriegħa aktar tard fis-sajf, li għandha struttura partikolari sabiex tinxtered mar-riħ u tinbet f’postijiet ġodda.[2]
Distribuzzjoni
immodifikaIs-Sempreviva t'Għawdex tinstab tikber sa 50-100m ‘l ġewwa mill-kosta matul il-ġnub u fix-xquq tal-irdum vertikali u fix-xagħri kostali magħmulin mill-ġebla tat-tip Ġlobigerina.[5][2] L-akbar popolazzjoni tinstab fil-punent tal-gżira Għawdxija.[2] Filwaqt li jinstabu f’popolazzjonijiet iżgħar f’ambjenti simili fil-gżira Għawdxija u fuq il-gżejjer żgħar viċin il-kosta.[2][3][5][6] Fil-passat is-Sempreviva ta’ Għawdex kellha distribuzzjoni akbar milli hi illum, fejn sal-bidu tas-seklu Għoxrin kienet tinstab ukoll f'Wied Babu f’Malta. Għalkemm illum il-ġurnata s’issa mhux magħruf li din l-ispeċi tikber f’Malta għax il-popolazzjonijiet li kienu imsemmija f’Wied Babu fil-bidu tas-seklu Għoxrin, illum il-ġurnata s’issa għadhom ma nstabux.[3][7][8]
Protezzjoni
immodifikaIl-Helichrysum panormitanum subsp. melitense u l-inħawi naturali fejn din il-pjanta tinstab huma strettament protetti fil-gżejjer Maltin.[4] Internazzjonalment, din l-ispeċi hija ukoll protetta bil-ligi permezz tad-Direttiva Ewropea 92/43 2006.[2] Kif ukoll fl-Appendiċi I tal-Flora Strettament Protetta tal-Konvenzjoni Bern u Anness II u IV 92/43/EEC tad-Direttiva tal-ispeċi ta' prijorita`.[2]
Referenzi
immodifika- ^ "Helichrysum panormitanum subsp. melitense (Pignatti) Iamonico & Pignatti | Plants of the World Online | Kew Science". Plants of the World Online (bl-Ingliż). Miġbur 2024-08-14.
- ^ a b ċ d e f ġ g għ h ħ "IUCN Top 50 - Helichrysum melitense". top50.iucn-mpsg.org. Miġbur 2024-08-14.
- ^ a b ċ d e f Sciberras, A., & Sciberras, J. (2009). Notes on the distribution of Helichrysum Melitense, Hyoseris Frutescens and Matthiola Incana Melitensis in the Maltese Islands.The Central Mediterranean Naturalist. 5 (1). Nature Trust Malta publications: 28–34.
- ^ a b ċ d e Mifsud, S. (2024). Helichrysum melitense (Maltese Helichrysium). maltawildplants.com. Retrieved from https://www.maltawildplants.com/ASTR/Helichrysum_melitense.php
- ^ a b ċ Mifsud, S. (2013). Distribution of some rare or endemic chasmophytic and rupestral species growing along the coastal cliffs of the Maltese Islands. Webbia, 68(1), 35–50. doi: https://doi.org/10.1080/00837792.2013.807451
- ^ a b Buttigieg, A., & Lia, F. (2021). Determination of Phenolic and Antioxidant Activity of Helichrysum Melitense Extract. MCAST Journal of Applied Research & Practice, 5(2), 120-131.
- ^ Borg, John (1927). Descriptive Flora of the Maltese Islands: Including the Ferns and Flowering Plants (bl-Ingliż). U.S. Government Printing Office.
- ^ Haslam, Sylvia Mary; Sell, Peter D.; Wolseley, P.A. (1977). A Flora of the Maltese Islands (bl-Ingliż). Malta University Press.