Gwendolen Mary John, magħrufa bħala Gwen John (22 ta' Ġunju 1876, Haverfordwest, Wales - 18 ta' Settembru 1939, Dieppe, Franza) kienet pittriċi minn Wales.

Gwen John
Ħajja
Isem propju Gwendolen Mary John
Twelid Haverfordwest (en) Translate, 22 Ġunju 1876
Nazzjonalità Renju Unit
Wales
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda
Mewt Dieppe (en) Translate, 18 Settembru 1939
Familja
Missier Edwin William John
Koppja/i Auguste Rodin
Ambrose McEvoy (mul) Translate
Aħwa
uri
Edukazzjoni
Alma mater Slade School of Fine Art (en) Translate
Académie Carmen (en) Translate
Lingwi Ingliż
Għalliema James McNeill Whistler (en) Translate
Henry Tonks (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur
artist viżiv
disinjatur
artist
Parteċipant
Post tax-xogħol Franza
Xogħlijiet importanti Young Woman Holding a Black Cat (en) Translate
A Lady Reading (en) Translate
Dorelia in a Black Dress (en) Translate
The Convalescent (en) Translate
The Nun (en) Translate
Moviment artistiku ritratt
Awtoritratt, 1902, Tate Gallery, Londra
Il-konvalexxenti, 1923/24, Fitzwilliam Museum, Cambridge

Ħajja u xogħol

immodifika

Gwen John kienet oħt il-pittur Augustus John il-kbira. Mill-1895 sal-1898 studjat fis-Slade School of Art ta' Londra. Fl-1898 żaret Pariġi għall-ewwel darba ma' żewġt iħbieb mis-Slade, u waqt li kienet hemm studjat taħt James McNeill Whistler fl-Académie Carmen.

Fl-1899 marret lura Londra, fej baqgħet sal-1904 meta marret Franza. Gwen ippużat bħala mudella għall-iskultur Auguste Rodin f'Pariġi u żviluppat relazzjoni ta' mħabba bejniethom. Mill-1911 kienet toqgħod Meudon, subborg ta' Pariġi. Fl-1913 ikkonvertiet għal-fidi Kattolika, li ispirata tgħid: "My religion and my art, these are my life" ("Ir-reliġjon u l-arti, dawn huma ħajti").

Ix-xogħol tagħha jikkonsisti prinċipalment f'ritratti ta' nisa żgħażagħ, fosthom sorijiet. F'ħajjitha kellha wirja waħda biss, fin-New Chenil Galleries ta' London fl-1936 u sa mewtha ftit kienet magħrufa . Ħuha Augustus John kien bassar li ġurnata waħda hi kienet ħa tkuniżjed magħrufa minnu. Wara l-1960, ġew ippubblikati diversi kotba dwarha u ġew organizzati wirjiet tax-xogħlijiet tagħha[1] Ix-xogħlijiet llum jinstabu fil-kollezzjonijiet ta' mużewijiet prestiġjużi bħat-Tate at' Londra u l-Metropolitan Museum of Art f'New York.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Jan Chilvers: Gwen John in A Dictionary of Twentieth-Century Art, 1999.

Biblijografija

immodifika
  • Alicia Foster: Gwen John. Princeton University Press, Princeton 1999, ISBN 0-691-02944-X
  • Cecily Langdale, David F. Jenkins: Gwen John: an interior life. Rizzoli, New York 1986, ISBN 0-8478-0681-2
  • Alexandra Lavizzari: Gwen John. Rodins kleine Muse, Roman. Zytglogge Verlag, Bern 2001, ISBN 978-3-7296-0620-3

Ħoloq esterni

immodifika