Gurban Gurbanov
Gurban Gurbanov (twieled fit-13 ta' April 1972) huwa eks-plejer u kowċ tal-futbol Ażerbajġani. Bħalissa huwa l-kowċ ta' Qarabağ. Huwa lagħab fil-pożizzjoni ta' attakkant. Huwa beda fil-klabb lokali Dashgyn Zagatala fl-1989, Gurbanov kellu karriera dekorata professjonali ta' 17-il sena. Huwa skorja 174 gowl fi 396 logħba tal-kampjonat.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Gurban Osman oglu Gurbanov | ||
Twelid | 13 ta' Mejju 1972 Zaqatala, Ażerbajġan | ||
Tul | 1.77 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Qarabağ (kowċ) | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1989–1991 | Dashgyn Zagatala | ||
1991–1992 | Mertskhali Ozurgeti | ||
1992–1993 | Dashgyn Zagatala | ||
1993–1995 | Turan Tovuz | ||
1995–1996 | Kur-Nur | ||
1996–1998 | Neftchi Baku | ||
1998 | Dynamo Stavropol | ||
1999 | Baltika Kaliningrad | ||
1999–2001 | Fakel Voronezh | ||
2001 | Neftchi Baku | ||
2002 | Fakel Voronezh | ||
2003 | Volgar Gazprom | ||
2004–2005 | Neftchi Baku | ||
2005–2006 | Inter Baku | ||
Tim nazzjonali | |||
1992–2005 | Ażerbajġan | ||
Timijiet ikkowċjati | |||
2006–2007 | Neftchi Baku | ||
2008– | Qarabağ |
Karriera
immodifikaHu beda l-karriera tiegħu ma' Dashgyn Zagatala, u mbagħad lagħab għall-Mertskhali Ozurgeti, Turan Tovuz, Kur-Nur, Neftchi Baku, Dinamo Stavropol, Baltika Kaliningrad, Fakel Voronezh u Volgar Gazprom. L-aħħar klabb li hu lagħab fi ħdanu kien Inter Baku. Fl-istaġun 1996-97, Gurbanov kien l-iskorer ewlieni fil-Premier League Ażerbajġan għal Neftchi b'25 gowl.[1] Fl-2013, l-attakkant kien kiseb l-unur tal-Player tas-Sena tal-Ażerbajġan.[2]
Internazzjonali
immodifikaHuwa għamel id-debutt għat-tim nazzjonali fl-ewwel logħba tiegħu fis-17 ta' Settembru 1992, u minn Jannar 2006 huwa skorja 14-il gowl f'66 logħba internazzjonali, li huwa rikordju nazzjonali tal-aqwa skorer tat-tim.[3]
Maniġerjali
immodifikaWara li kien spiċċa l-karriera tal-futbol bħala plejer, sar direttur tal-isport ta' Inter Baku. Madanakollu, fis-sajf tal-2006 inħatar bħala l-kowċ ta' Neftchi Baku. Mill-bidu tal-istaġun 2008-09, huwa nħatar bħala l-kowċ ta' FK Qarabağ sabiex jissostitwixxi lil Rasim Kara.
Fl-2010, huwa sar l-aktar kowċ ta' suċċess mill-Ażerbajġan fil-kompetizzjonijiet Ewropej, fejn rebaħ 11-il logħba .[4]
Gowls Internazzjonali
immodifika# | Data | Post | Avversarju | Skor | Riżultat | Kompetizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
1. | 8 ta' Ġunju 1993 | Tehran | Każakistan | 1–1 | 3–3 | Tazza ECO |
2. | 8 ta' Ġunju 1993 | Tehran | Każakistan | 1–1 | 3–3 | Tazza ECO |
3. | 27 ta' Frar 1996 | Larnaca | Gżejjer Faroe | 3–0 | 3–0 | Logħba ta' ħbiberija |
4. | 27 ta' Mejju 1996 | Molodechno | Bjelorussja | 1–1 | 2–2 | Logħba ta' ħbiberija |
5. | 22 ta' Marzu 1997 | Baku | Turkmenistan | 3–0 | 3–0 | Logħba ta' ħbiberija |
6. | 14 ta' Ottubru 1998 | Vaduz | Liechtenstein | 2–1 | 2–1 | Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej |
7. | 6 ta' Marzu 1999 | Larnaca | Estonja | 1–0 | 2–2 | Logħba ta' ħbiberija |
8. | 5 ta' Ġunju 1999 | Baku | Liechtenstein | 1–0 | 4–0 | Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej |
9. | 12 ta' Frar 2003 | Podgorica | Serbja u Montenegro | 2–1 | 2–2 | Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej |
10. | 12 ta' Frar 2003 | Podgorica | Serbja u Montenegro | 2–2 | 2–2 | Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej |
11. | 11 ta' Ġunju 2003 | Baku | Serbja u Montenegro | 1–1 | 2–1 | Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej |
12. | 6 ta' Ġunju 2004 | Riga | Latvja | 1–2 | 2–2 | Logħba ta' ħbiberija |
13. | 31 ta' Marzu 2004 | Chisinau | Moldova | 1–1 | 2–1 | Logħba ta' ħbiberija |
14. | 28 ta' Mejju 2004 | Baku | Użbekistan | 1–0 | 3–1 | Logħba ta' ħbiberija |
Unuri
immodifikaPlejer
immodifikaNeftchi Baku
immodifika- Premier League Ażerbajġan (2): 1996-97, 2003-04
- Tazza Ażerbajġana (1): 2003-04
Individwali
immodifika- Plejer tas-Sena tal-Ażerbajġan: 2003
- L-awqa skorer tal-Premier League Ażerbajġan: 1996-97
- Tim nazzjonali tal-Ażerbajġan: L-aqwa skorer b'14-il gowl.
Kowċ
immodifikaQarabağ
immodifika- Premier League Ażerbajġan (2): 2013–14, 2014–15
- Tazza Ażerbajġana (1): 2008–09, 2014–15
Individwali
immodifika- L-aktar kowċ Ażerbajġan li għamel suċċess fil-Kompetizzjonijiet Ewropej: 11-il rebħa.
Referenzi
immodifika- ^ Manaschev, Erlan (2008-06-06). "Azerbaijan – List of Topscorers". Rec.Sport.Soccer Statistics Foundation. Miġbur 2008-06-27.
- ^ Movsumov, Rasim (2006-01-15). "Azerbaijan – Player of the Year Awards". Rec.Sport.Soccer Statistics Foundation. Miġbur 2008-06-27.
- ^ Raynor, Dominic (2004-10-13). "The Azeri omens". ESPN Soccernet. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-05. Miġbur 2008-06-27.
- ^ Suleymanov, Mehman. "Qurban Qurbanov 1-ci, komandası 2-ci" (bl-Ażerbajġani). APASPORT News Agency. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-02-25. Miġbur 2010-08-06.
- ^ http://eu-football.info/_player.php?id=11550
Ħoloq esterni
immodifika- Gurban Gurbanov fuq National-Football-Teams.com