Gonzalo Javier Rodríguez

Gonzalo Javier Rodríguez (Buenos Aires, 10 ta' April 1984) huwa futboler Arġentin li jilgħab bħala difensur ma' Fiorentina.

Gonzalo Rodríguez
Gonzalo Javier Rodríguez.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħGonzalo Javier Rodríguez
Twelid10 ta' April 1984 (1984-04-10) (35 sena)
Buenos Aires
PajjiżBandiera tal-Arġentina Arġentina
Tul1.83 m
RwolDifensur ċentrali
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrentiFiorentina
Numru2
Klabbs professjonali*
SninKlabbPreżGwls
2002–2004San Lorenzo57(4)
2004–2012Villarreal184(6)
2012–Fiorentina35(6)
Tim nazzjonali
2003–Arġentina6(1)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 09:27, 10 Awwissu 2013 (UTC)

KarrieraImmodifika

Wara li beda l-karriera tiegħu ma' San Lorenzo fejn magħhom għamel sentejn, fil-bidu tal-istaġun 2004–05 ingħaqad mal-klabb Spanjol ta' Villarreal f'kuntratt ta' ħames snin. Fis-16 ta' April 2006, weġġa' fil-ligamenti tal-irkoppa x-xellugija fejn baqa' barra mil-logħob għal tmien ġimgħat. Fid-19 ta' Awwissu 2006, reġa weġġa' mill-ġdid fejn ċarrat il-ligament kruċjat tal-irkoppa x-xellugija li ħallietu barra għal seba' xhur. Ir-ritorn tiegħu ftit li xejn dam, minħabba li fl-14 ta' Ġunju 2007, weġġa' għal darb'oħra l-irkoppa u kellu jiġi operat u jibqa' inattiv għal sitt xhur.[1] Wara l-perjodi ta' inattività, mill-istaġun 2008–09 reġa' stabilixxa ruħu mal-ewwel tim u fforma koppja difensiva ma' Diego Godin.

Nhar it-3 ta' Awwissu 2012, ittrasferixxa ma' Fiorentina għas-somma ta' €1.5 miljun.[2] Iddebutta fis-Serie A fil-25 ta' Awwissu kontra Udinese fir-rebħa ta' 2–1. L-ewwel gowl bil-flokk vjola wasal fil-21 ta' Ottubru fil-logħba kontra Chievo. Fl-ewwel staġun tiegħu fl-Italja skorja total ta' sitt gowls f'35 logħba fil-kampjonat.

InternazzjonaliImmodifika

Iddebutta mat-tim nazzjonali tal-Arġentina f'Jannar tal-2001 fil-konfront kontra l-Ħonduras, fejn aktar tard ħa sehem fil-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2005. Kawża tal-problemi fiżiċi li kellu f'April tal-2006 hu kellu jaqbeż it-Tazza tad-Dinja 2006.

UnuriImmodifika

KlabbImmodifika

  San Lorenzo

  Villarreal

ReferenziImmodifika

  1. ^ (Ingliż) Grim news for Gonzalo at Villarreal, UEFA, 14 ta' Ġunju 2007.
  2. ^ (Taljan) Borja Valero, Gonzalo Rodriguez e Aquilani alla Fiorentina, ACF Fiorentina, 3 ta' Awwissu 2012. Aċċess tal-URL: 3 ta' Awwissu 2012.

Ħoloq esterniImmodifika