Il-Golf ta' Biskaja (Spanjol: Golfo de Vizcaya; Franċiż: Golfe de Gascogne; Bask: Bizkaiko golkoa; Breton: Pleg-mor Gwaskogn; Gaskon: Golf de Gasconha) hu golf fil-grigal tal-Oċean Atlantiku, l-isfel mill-Baħar Ċeltiku. Jimxi max-xatt tal-punent ta' Franza minn Brest l-isfel sal-fruntiera Spanjola, u mal-kosta tat-tramuntana ta' Spanja lejn il-punent sa Kap Ortegal. Imsemmi għall-provinċja ta' Biskaja (Spanjol: Vizcaya; Bask u uffiċjalment: Bizkaia), fil-Pajjiżi Baski Spanjoli.

Mappa tal-Golf ta' Biskaja
Mappa tal-Golf ta' Biskaja

Il-fond medju hu ta' 1,744m u l-ikbar fond hu ta' 2,789m.

Ix-xatt Spanjol madwar il-Golf ta' Biskaja

Il-Golf ta' Biskaja għandu l-agħar temp tal-Oċean Atlantiku. F'dan il-golf ikun hemm maltempati kbar, l-iżjed matuk ix-xhur tax-xitwa. Sa dal-aħħar kienu jegħrqu ħafna vapuri fil-maltempati tal-golf, u ħafna nies tilfu ħajjithom. M'għadux jiġri hekk minħabba t-titjib fil-bini tal-vapuri u t-tbassir tat-temp.

Ix-xmajjar ewlenin li jitbattlu fil-Golf ta' Biskaja huma:

  • Franza (minn fuq l-isfel): Loire, Charente, Garonne, Dordogne, Adour, Nivelle.
  • Spanja (mil-lvant lejn il-punent): Bidasoa, Oiartzun, Urumea, Oria, Urola, Deba, Artibai, Oka, Nervión, Agüera, Asón, Miera, Pas, Saja, Nansa, Deva, Sella, Nalón, Navia, Esva, Eo, Landro, Sor.

Bliet prinċipali

immodifika

Il-bliet ewlenin fuq ix-xatt tal-Golf ta' Biskaja huma:

  • Franza: Brest, Nantes, La Rochelle, Bordeaux, Bayonne, Biarritz.
  • Spanja: Donostia-San Sebastián, Bilbao, Santander, Gijón, Avilés.

Ħlejjaq salvaġġi

immodifika
 
Il-kosta tal-Golf ta' Biskaja – San Juan de Gaztelugatxe (Biskaja)

Ħafna speċi ta' balieni u dniefel jidhru f'dal-baħar. Hu wieħed mill-ftit postijiet fejn il-balieni tal-munqar bħall-balieni tal-munqar ta' Cuvier jidhru spiss. Dan l-aħjar post għall-istudju tal-balieni tal-munqar fid-dinja. L-aħjar post biex wieħed jista' jara iċ-Ċetacej jinstab fil-baħar fond 'l barra mill-pjattaforma kontinentali.