Il-mużika Gnawa (bl-Għarbi: ڭْناوة jew كْناوة) tikkonsisti f'kanzunetti u ritmi reliġjużi Marokkini.[1][2] Il-wirt tagħha ppreservat tajjeb u jurina li l-ġeneru jgħaqqad il-poeżija ritwali mal-mużika u ż-żfin tradizzjonali. Il-mużika tindaqq f'lila, iljieli ta' ċelebrazzjoni komunitarja ddedikati għat-talb u l-fejqan iggwidati minn maâlem tal-Gnawa jew mużiċist ewlieni flimkien mal-grupp ta' mużiċisti u żeffiena tiegħu. Għalkemm ħafna mill-influwenzi li ffurmaw din il-mużika jistgħu jiġu rintraċċati għar-renji tal-Afrika tal-Punent, il-prattika tradizzjonali tagħha hija kkonċentrata fil-Marokk.[3] Il-mużika Gnawa nfirxet għal ħafna pajjiżi oħra fl-Afrika u fl-Ewropa, bħal Franza.[4]

L-istorja tal-Gnawi hija relatata mill-qrib mal-gwardja rjali Marokkina.

Il-kulturi Marokkini u Hausa huma konnessi kemm reliġjożament, peress li t-tnejn huma Musulmani Malikiti, b'ħafna skejjel spiritwali Marokkini attivi fl-artijiet tal-Hausa, u artistikament, bil-mużika Gnawa bħala eżempju ewlieni ta' mużika Hausa tipika fil-Marokk.

Etimoloġija

immodifika

Il-kelma "Gnawa", plural ta' "Gnawi", hija meħuda bħala derivata mid-demonimu tal-Hausa "Kanawa" għar-residenti ta' Kano, il-kapitali tal-Emirat Hausa-Fulani, li kienet taħt l-influwenza tal-Marokk.[5] (Din hija l-opinjoni ta' Essaouira Gnawa Maalems, Maalem Sadiq, Abdallah Guinia, u ħafna oħrajn). Il-lingwa Marokkina ħafna drabi tissostitwixxi "K" b'"G", li hija kif in-nies Kanawa, jew Hausa, kienu jissejħu Gnawa fil-Marokk.

Fl-għanja tal-Gnawa, frażi waħda jew ftit linji jiġu ripetuti kontinwament, u għalhekk kanzunetta tista' tinħass twila ħafna. Fil-fatt,għanja tista’ ddum diversi sigħat bla waqfien. Madankollu, dak li jista' jidher għal min mhux intiż bħala kanzunetta waħda twila fil-fatt hija sensiela ta’ kanzunetti li jiddeskrivu d-diversi spirti (bl-Għarbi mlouk (sing. melk)), allura dik li tidher li hija għanja ta’ 20 minuta tista’ tkun sensiela ta’ biċċiet – bħal per eżempju għal Sidi Moussa, Sidi Hamou, Sidi Mimoun jew oħrajn. Minħabba li huma adattati dawk li jidħlu fi stat ta' estasi misika, dawn jibqgħu għaddejjin, u għandhom l-effett li jipprovokaw it-trance minn aspetti differenti.

Il-lingwa melodika tal-istrument tal-kordi hija relatata mill-qrib mal-mużika vokali tagħhom u mal-mudelli tat-taħdit tagħhom, kif inhu l-każ f'ħafna mużika Afrikana. Hija lingwa li tenfasizza fuq it-l-ewwel u l-ħames nota tal-iskala, b'tonalità li tilgħab, speċjalment b'noti niżlin, madwar it-tielet, il-ħames, u xi kultant is-seba' nota tal-iskala.

 
Mehdi Qamoum idoqq il-Guembri

Il-mużika Gnawa hija kkaratterizzata mill-istrumentazzjoni. Il-kastanetti kbar u tqal tal-ħadid magħrufa bħala qraqab jew krakeb u lute bi tliet kordi magħrufa bħala ħajħuj, guembri jew gimbri, inkella sentir, huma ċentrali għall-mużika tal-Gnawa.[6] Il-ħajħuj għandu rabtiet storiċi u mużikali qawwija mal-lute tal-Afrika tal-Punent bħall-halam tal-Hausa, li huwa antenat dirett tal-banjo.

Ir-ritmi tal-Gnawa, bħall-istrumenti tagħhom, huma distintivi. Gnawa huwa partikolarment ikkaratterizzat minn interazzjoni bejn meters triple u duple. Il-"big bass drums" imsemmija minn Schuyler mhumiex tipikament jidhru f'ambjent aktar tradizzjonali. [7]

Gnawa għandhom tradizzjonijiet venerabbli ta' strumenti tal-korda li ginvolvu kemm il-lute li jindaqq bl-ark bħall-gogo u il-lute pizzikat bħall-ħajħuj. Il-Gnawa jużaw ukoll tnabar kbar imsejħa tbel fil-mużika ritwali tagħhom.

Id-daqqaqa tal-ħajħuj tal-Gnawa jużaw teknika li fil-manwali tal-istruzzjoni tal-banjo tal-minstrels Amerikan tas-seklu 19 tissejjaħ "brushless drop-thumb frailing". Il-parti "brushless" tfisser li s-swaba' ma jmissux ma' diversi kordi f'daqqa biex jagħmlu akkordju. Minflok, is-saba' l-kbir jinżel ripetutament b'mod ritmiku fuq il-kordi l-baxxi hekk kif ikunu qed jivvbraw liberament, u jipproduċi twerdin imtektek, filwaqt li l-ewwel żewġ jew tliet iswaba tal-istess id (aktarx il-leminija) jipproduċu ħoss perkussivi simili għal trambur, b'mod kważi telegrafiku.

Il-Gnawa għanhom liturġija kumplessa, imsejħa lila jew derdeba. Iċ-ċerimonja tirriproduċi l-ewwel sagrifiċċju u l-bidu tal-univers bl-evokazzjoni tas-seba’ manifestazzjonijiet ewlenin tal-attività demiurġika divina. Issejjaħ is-seba' qaddisin u mluk, rappreżentati minn seba' kuluri, bħala dekompożizzjoni priżmatika tal-enerġija/dawl oriġinali. Id-derdeba hija animata b'mod konġunt minn maâlem (is-surmast tal-mużika) quddiem it-truppi tiegħu u minn moqadma jew shuwafa (kjaroveġġent) li huwa responsabbli mill-aċċessorji u l-ilbies meħtieġa għar-ritwali.

Matul iċ-ċeremonja, il-kjaroveġġent jagħżel l-aċċessjorji u l-ħwejjeġ meħtieġa għar-ritwal, skont il-bżonn. Intant il-maâlem, bil-guembri u billi jaħraq l-inċens, isejjaħ lill-qaddisin u l-entitajiet supranaturali biex jippossedu lis-segwaċi tar-ritwal li jkunu qed jiżvfnu bil-għan li jidħlu fi stat ta' estasi mistika.

Fil-fratellanza, kull grupp (żriba; bl-Għarbi: زريبة) jiltaqa' ma' moqadma inizjatorja (bl-Għarbi: مقدمة), is-saċerdotessa li tmexxi ż-żfin estatiku msejjaħ il-ġedba (bl-Għarbi: جذبة), u maâlem li jkun akkumpanjat minn diversi daqqaqa tal-krakeb.

Preċedut minn sagrifiċċju tal-annimali li jassigura l-preżenza tal-ispirti, ir-ritwali li jtul il-lejl kollu jibda bl-aâda ("drawwa" jew norma tradizzjonali; bl-Għarbi: عادة), konsagrazjoni tal-ispazju, li matulha l-mużiċisti jduru u jiżfnu żifna akrobatika filwaqt li jdoqqu l-krakeb.

Il-mluk huma entitajiet astratti li jiġbru għad ta' ġinn oħra (spirti tal-ġenji). Il-parteċipanti jidħlu fi stat ta' estasi mistika (jedba) li fih spiss jibdew jiżfnu żfin spettakolari u elaborat. Permezz ta’ dan iż-żfin, il-parteċipanti jinnegozjaw ir-relazzjonijiet tagħhom mal-mluk, skont jekk iħossux li offendewhom jew jekk iridux isaħħu r-relazzjoni eżistenti li għandhom magħhom. Il-mluk huma evokati minn seba' mudelli mużikali, seba' taqsimiet melodiċi u ritmiċi. Matul dawn is-seba’ taqsimiet, jinħarqu seba’ tipi differenti ta’ inċens u ż-żeffiena jiġu miksija b’velijiet ta’ seba’ kuluri differenti.

Kull waħda mis-seba' familji ta' mluk hija popolata b'ħafna karattri li jintgħarfu mill-mużika u mill-passi taż-żfin. Kull mluk huwa akkumpanjat mill-kulur speċifiku, inċens, ritmu, u ż-żfin tiegħu. Dawn l-entitajiet, huma ttrattati bħal "preżenzi" (imsejħa ħadra, bl-Għarbi: حضرة) li l-individwi jiltaqgħi magħhom fl-ispazju u l-waqt tal-estasic, u huma marbuta ma' kumplessi mentali, karattri umani, u mġibiet. L-għan tar-ritwali huwa li jintegra mill-ġdid u jibbilanċja s-setgħat ewlenin ta' ġisem tal-bniedem, magħmul mill-istess enerġija li tappoġġja l-fenomeni perċettibbli u l-attività kreattiva divina.

Aktar tard, il-guembri jiftaħ it-treq ("mogħdija," bl-Għarbi: طريق), is-sekwenza strettament kodifikata tar-repertorju ritwali ta’ mużika, żfin, kuluri u inċens, li tiggwida fil-vjaġġ estatiku madwar l-isferi tas-seba’ mluk, sat-twelid mill-ġdid fid-dinja ordinarja, mal-ewwel dwal tas-sebħ.

Kważi l-fratellanzi Marokkini kollha, bħall-Issawa jew il-Hamadsha, jorbtu l-awtorità spiritwali tagħhom ma' qaddis. Iċ-ċerimonji jibdew billi jirreċitaw ix-xogħlijiet bil-miktub ta' dak il-qaddis jew il-preskrizzjonijiet spiritwali bl-Għarbi (ħiżb, bl-Għarbi: حزب). B'dan il-mod, huma jasserixxu r-rwol tagħhom bħala dixxendenti spiritwali tal-fundatur, u jagħtu lilhom infushom l-awtorità li jwettqu r-ritwali. Gnawa, li l-antenati tagħhom la kienu litterati u lanqas kelliema nattivi tal-Għarbi, jibdew il- lila billi jfakkru permezz tal-kant u ż-żfin l-oriġini tagħhom, l-esperjenzi tal-antenati skjavi tagħhom, u fuq kollox il-fidwa.

Mużika tal-Ġnawa llum

immodifika

Matul dawn l-aħħar deċennji, il-mużika Gnawa bdiet timmodernizza u għalhekk saret aktar profana. Madankollu, għad hemm ħafna lila organizzati privatament li jżommu l-istatus sagru u spiritwali tal-mużika.

Fil-qafas tal-Gnaoua World Music Festival ta' Essaouira, il-Gnawa jdoqqu f'kuntest profan b'dimensjonijiet reliġjużi jew terapewtiċi ħfief. Minflok, f’din l-espressjoni mużikali tal-arti kulturali tagħhom, jidhru fuq l-istess palk ma’ mużiċisti oħra minn madwar id-dinja. B’riżultat ta’ dan, il-mużika Gnawa ħadet direzzjoni ġdida billi għaqqdet il-mużika spiritwali ewlenija tagħha ma’ ġeneri bħall-jazz, il-blues, ir-reggae u l-hip-hop Għal erbat ijiem kull Ġunju, il-festival jilqa’ mużiċisti li jmorru biex jipparteċipaw, jiskambjaw u jħalltu l-mużika tagħhom stess mal-mużika Gnawa, u joħolqu wieħed mill-akbar festivals pubbliċi fil-Marokk. Sa mid-debutt tiegħu fl-1998, il-kunċerti b'xejn ġibed udjenza li kibret minn 20,000 għal aktar minn 200,000 fl-2006, inklużi 10,000 viżitatur minn madwar id-dinja.

Fis-snin 90, mużiċisti żgħażagħ ta' nazzjonalitajiet diversi bdew joħolqu baned Gnawa moderni. Gnawa Impulse mill-Ġermanja, Mehdi Qamoum aka Medicament mill-Marokk, Bab L' Bluz b'membri minn Franza u l-Marokk, u Gnawa Diffusion mill-Alġerija huma xi eżempji ta' dan, b'elementi minsuġa ta' rap, reggae, jazz, blues, rock u rai f'taħlita mużikali vibranti.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Gnawa music: From slavery to prominence".
  2. ^ "The Transcendental Sound of Moroccan Gnawa Music". 30 May 2018.
  3. ^ "Feature: Gnawa Music of MoroccoFeature: Gnawa Music of Morocco • Hip Deep • Afropop Worldwide". web.archive.org. 2017-07-29. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-07-29. Miġbur 2024-02-19.
  4. ^ Meddeb, Abdelwahab (n.d.). Lila gnawa. franceculture.fr. (in French)
  5. ^ الأنصاري, عمر; الساقي, دار (2006). "5" [Like moulay Rashid, moulay Abdu allah and moulay Ismael whose kingdom reached the estuary of the Niger River]. الرجال الزرق: الطوارق, الأسطورة والواقع (bl-Għarbi). Lebanon: Dar al Saqi. p. 84. ISBN 978-614-425-038-9.
  6. ^ Schuyler, Philip D. (1981). Music and Meaning among the Gnawa Religious Brotherhood of Morocco. The World of Music. Vol. 23, No. 1. pp. 3-13. Mudell:Subscription required
  7. ^ Schaefer, John P. R. (2004). Rhythms of Power: Interaction in Musical Performance. Texas Linguistic Forum. Vol. 48. pp. 167-176.

Ħoloq esterni

immodifika