Giuseppe Piazzi (16 ta’ Lulju 1746 – 22 ta’ Lulju 1826) kien qassis Kattoliku Taljan tal-ordni Teatina, matematiku u astronomu. Huwa stabbilixxa osservatorju f'Palermo, li issa sar l-Osservatorio Astronomico di Palermo – Giuseppe S. Vaiana.[1] Forsi l-aktar skoperta famuża tiegħu kienet dik tal-ewwel pjaneta nana, Ċerere.

Giuseppe Piazzi
professur

Ħajja
Twelid Ponte in Valtellina, 16 Lulju 1746
Mewt Napli, 22 Lulju 1826
Familja
Konjuga/i Not married
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Għalliema Jérôme Lalande
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni astronomu
għalliem fl-università
matematiku
Qassis fil-Knisja Kattolika
Skopritur ta' oġġetti astronomiċi
Skopritur ta' asterojdi
Impjegaturi Università ta’ Palermo
Astronomical observatory of Palermo (en) Translate
Premjijiet
Sħubija Soċjetà Rjali
Akkademja Bavarjana tax-Xjenzi
Akkademja tax-Xjenzi ta' San Pietruburgu
Akkademja Russa tax-Xjenzi
Akkademja tax-Xjenzi Prussjana
Accademia Nazionale delle Scienze detta dei XL
Akkademja tax-Xjenzi ta’ Torino

Ħajja bikrija

immodifika

Ma hemm l-ebda rakkont dokumentat dwar l-edukazzjoni xjentifika ta’ Piazzi fl-ebda bijografija tal-astronomu, lanqas fl-eqdem. Nafu żgur li Piazzi għamel xi studji f'Turin, u x'aktarx attenda l-lezzjonijiet ta' Giovan Battista Beccaria. Fis-snin 1768–1770 kien residenti fid-Dar tat-Teatini f'S. Andrea della Valle, Ruma, waqt li kien qiegħed jistudja l-Matematika taħt François Jacquier .

F'Lulju tal-1770, ħa l-katedra tal-Matematika fl-Università ta' Malta. F'Diċembru tal-1773, mar Ravenna bħala "prefetto degli studenti" u lettur fil-Filosofija u l-Matematika fil-Collegio dei Nobili, fejn baqa' sal-bidu tal-1779. Wara perijodu qasir li qatta' Cremona u Ruma, f'Marzu tal-1781 Piazzi mar Palermo bħala lettur tal-Matematika fl-Università ta' Palermo (dak iż-żmien magħrufa bħala "Accademia de' Regj Studi").

Żamm din il-kariga sad-19 ta’ Jannar tal-1787, meta sar Professur tal-Astronomija. Kważi fl-istess ħin, ingħata permess biex iqatta’ sentejn Pariġi u Londra, biex jagħmel xi taħriġ prattiku fl-astronomija u wkoll biex jirranġa biex xi strumenti jinbnew apposta għall-Osservatorju ta’ Palermo, li hu kien inkariga li jwaqqaf.

Fil-perjodu li qatta’ barra, mit-13 ta’ Marzu tal-1787 sal-aħħar tal-1789, Piazzi sar jaf l-astronomi ewlenin Franċiżi u Ingliżi ta’ żmienu u kien magħruf biżżejjed biex jordna l-famuż ċirku altazimutali mingħand Jesse Ramsden, wieħed mill-aħjar fabbrikant tal-strumenti tas-seklu 18. Iċ-ċirku kien l-aktar strument importanti tal-Osservatorju ta’ Palermo, li l-fondazzjoni uffiċjali tiegħu saret fl-1 ta’ Lulju 1790.

Fl-1817, ir-Re Ferdinandu inkariga lil Piazzi bit-tlestija tal-Osservatorju ta' Capodimonte (Napoli), u ħatru Direttur Ġenerali tal-Osservatorji ta' Napli u Sqallija.

Karriera fl-astronomija

immodifika

Kumpilazzjoni tal-katologu tal-istilel

immodifika

Huwa ssorvelja t-kumpilazzjoni tal-Katalgu ta' Palermo tal-istilel, li fih 7,646 entrata ta' stilel bi preċiżjoni bla preċedent,[2] u l-ismijiet ġodda tal-istilel "Stilla Granata" (Mu Cepheimill) minn Herschel, u Rotanev u Sualocin. Il-katalgu ma kienx lest għall-pubblikazzjoni tal-ewwel edizzjoni qabel l-1803 u t-tieni edizzjoni fl-1814.[3]

Imħeġġeġ mis-suċċess tal-iskoperta ta' Ċerer (ara hawn taħt), u parti mill-programm tal-katalgu tiegħu, Piazzi studja l-moviment tal-istilel biex isib kandidati għall-kejl tal-parallassi. Waħda minnhom, 61 Cygni, intgħażlet b'mod speċjali bħala kandidata tajba għall-kejl ta' parallassi, li aktar tard sar minn Friedrich Wilhelm Bessel.[4] Is-sistema tal-istilla 61 Cygni kultant għadha tissejjaħ l-Istilla Ttir ta' Piazzi.

Il-pjaneta nana Ċerere

immodifika
 
L-osservazzjonijiet ta’ Piazzi ppubblikati fil-Monatliche Correspondenz, Settembru tal-1801

Fl-1 ta’ Jannar tal-1801 Piazzi skopra “oġġett stellari” li kien miexi kontra l-isfond tal-kwiekeb. Għall-ewwel ħaseb li kienet stilla fissa, iżda ladarba nduna li timxi, sar konvint li kienet pjaneta, jew kif sejħilha hu, “kewkba ġdida”. Semmieha Ċerere.

Fil-ġurnal tiegħu, huwa kiteb:

 Id-dawl kien ftit baxx, u tal-kulur ta' Ġove, iżda simili għal ħafna oħrajn li ġeneralment huma meqjusa tat-tmien kobor. Għalhekk ma kelli l-ebda dubju li kienet xi ħaġa oħra għajr stilla fissa. Fil-għaxija tat-tnejn ta' Jannar irrepetejt l-osservazzjoniji tiegħi, u wara li sibt li ma tikkorrispondix la fiż-żmien u lanqas fid-distanza miż-żenit mal-osservazzjoni ta' qabel, bdew jidħluli xi dubji dwar l-eżattezza tagħha. Wara daħħali suspett kbir li tista' tkun stilla ġdida. Filgħaxija tat-tlieta ta' Jannar is-suspett tiegħi ġie kkonvertit f'ċertezza, billi nkun assigurat li ma kinetx stilla fissa. Madankollu qabel għamiltha magħrufa, stennejt sal-lejla tar-raba’, meta kelli s-sodisfazzjon nara li mxiet bl-istess rata bħal fil-jiem ta’ qabel. 

Minkejja li ħaseb li kienet pjaneta, huwa ħa atitudni konservattiva u ħabbarha bħala kometa. F’ittra lill-astronomu Barnaba Oriani ta’ Milan kiteb dwar is-suspetti tiegħu:

 Ħabbart din l-istilla bħala kometa, imma peress li mhix akkumpanjata minn xi nebulosità u, barra minn hekk, peress li l-moviment tagħha huwa tant bil-mod u pjuttost uniformi, għaddieli minn moħħi diversi drabi li tista’ tkun xi ħaġa aħjar minn kometa. Imma kont attent li ma navvanzax din is-suppożizzjoni lill-pubbliku. 

Huwa ma setax josservaha għal żmien twil biżżejjed peress li ma damitx ma ntilfet fid-dija tax-Xemx. Ma setax jikkalkula l-orbita tagħha bil-metodi eżistenti. Wara l-matematiku Carl Friedrich Gauss żviluppa metodu ġdid għall-kalkolu tal-orbita li ppermetta lill-astronomi jillokalizzawha mill-ġdid. Wara li l-orbita tagħha ġiet determinata aħjar, kien ċar li l-assunzjoni ta' Piazzi kienet korretta u dan l-oġġett ma kienx kometa iżda aktar qisu pjaneta żgħira. B’kumbinazzjoni, kien ukoll kważi eżatt fejn il-liġi Titius-Bode bassret li se jkun hemm pjaneta.

Piazzi semmieha "Ceres Ferdinandea," wara l-alla Rumana u Sqallija tal-qamħ u r-Re Ferdinandu IV ta' Napli u Sqallija. Il-parti Ferdinandea wara twaqqgħet għal raġunijiet politiċi. Irriżulta li Ċerere kienet l-ewwel, u l-akbar, mill-asterojdi li jeżistu fiċ-ċinturin tal-asterojdi. Illum Ċerere tissejjaħ pjaneta nana .

Unuri wara l-mewt

immodifika

L-astronomu Charles Piazzi Smyth li kien bin l-astronomu William Henry Smyth u twieled l-Italja kien imsemmi għalih. Fl-1871, statwa ra ta’ Piazzi skolpita minn Costantino Corti tqegħdet fil-pjazza ewlenija tal-post fejn twieled, Ponte. Fl-1923, l-1000 asterojde li ġiet innumerata issemiet għalih: 1000 Piazzia. Il-krateru lunari Piazzi issemma għalih fl-1935. Iktar reċentement, karatteristika kbira tal-albedo, x'aktarx krateru, skopruta mit- Teleskopju Spazjali Hubble fuq Ċerere, ingħatat l-isem informali Piazzi .

Xogħlijiet

immodifika
 
Discorso recitato nell'aprirsi la prima volta la Cattedra di astronomia nell'Accademia de' r. Studj di Palermo , 1790
  • Discorso recitato nell'aprirsi la prima volta la Cattedra di astronomia nell'Accademia de' r. Studj di Palermo,Stamperia reale, Palermo, 1790 [1]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Osservatorio astronomico di Palermo – Giuseppe S. Vaiana". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-01-08. Miġbur 2022-01-02.
  2. ^ DavidDarling.com: Piazzi, Giuseppe (1746–1826)
  3. ^ Fox, William (1913). "Giuseppe Piazzi" . In Herbermann, Charles (ed.). Catholic Encyclopedia. New York: Robert Appleton Company.
  4. ^ On the history of the Palermo Astronomical Observatory by Giorgia Foderà Serio
  • Clifford Cunningham, Brian Marsden, Wayne Orchiston. (2011) "Giuseppe Piazzi: the controversial discovery and loss of Ceres in 1801." Journal for the History of Astronomy, Vol. 42.
  • Cunningham, C. J. (2001). The First Asteroid. Star Lab Press. ISBN 978-0-9708162-2-1.
  • Foderà Serio, G.; Manara, A.; Sicoli, P. (2002). "Giuseppe Piazzi and the Discovery of Ceres" (PDF)[2].pdf In W. F. Bottke Jr.; A. Cellino; P. Paolicchi; R. P. Binzel (eds.). Asteroids III. Tucson, Arizona: University of Arizona Press. pp. 17–24.
  • Fox, William (1913). "Giuseppe Piazzi" . In Herbermann, Charles (ed.). Catholic Encyclopedia. New York: Robert Appleton Company. 

Ħoloq esterni

immodifika