Għid il-Fatar

Btala u festa Iżlamika wara t-tmiem tar-Ramadan, l-ewwel jum tax-Xewwel

L-Għid il-Fatar jew l-Għid il-Fitr (bl-Għarbi: عيد الفطر, b'ittri Latini: Għīd al-Fiṭr, litteralment: "Festa tal-Fatar"[1]) huwa l-ewwel miż-żewġ festi u btajjel uffiċjali fl-Iżlam (l-Għid l-Adħa l-ieħor). Għid il-Fatar huwa ċċelebrat mill-Misilmin kollhom madwar id-dinja minħabba li jimmarka t-tmiem tas-sawm ta’ xahar minn sebħ sa magħreb (nżul ix-xemx) tar-Ramadan.[2] L-Għid il-Fatar jaqa' fl-ewwel jum ta' Xewwel fil-kalendarju Iżlamiku; dan mhux dejjem jaqa' fl-istess jum Gregorjan, peress li l-bidu ta' kull xahar Hiġri qamri ivarja skond meta l-qamar ġdid jiġi osservat mill-awtoritajiet reliġjużi lokali. Il-festa hija magħrufa taħt diversi ismijiet oħra f'lingwi u pajjiżi differenti madwar id-dinja. Il-festa wkoll tissejjaħ l-Għid iż-Żgħir, jew sempliċiment l-Għid jew aktar komunement l-Eid.[3]

Is-salǎ (att ta' qima) tal-Għid il-Fatar fil-Moskea Suleymaniye, Istanbul, it-Turkija, fit-30 ta' Awwissu 2011.

L-Għid il-Fatar għandu salǎ (att ta' qima Iżlamika) partikolari li jikkonsisti f'żewġ rakgħat (unitajiet) ġeneralment imwettqa f'għalqa miftuħa jew sala kbira. Jista' jsir biss mal-ġmiegħa u fih seba' takbir addizzjonali (tgħolli l-idejn sal-widnejn waqt li tgħid "Allāhu Akbar", li jfisser "Alla Hu akbar") fl-iskola Hanafi tal-Islam Sunni: tlieta fil-bidu tal-ewwel rakgħa u tlieta eżatt qabel rkugħ (tbaxxija) fit-tieni rakgħa.[4] Skejjel Sunni oħra normalment ikollhom 12-il takbir, maqsuma bl-istess mod fi gruppi ta’ sebgħa u ħamsa. Fl-Islam Xigħi, is-salǎ għandu sitt takbir fl-ewwel rakgħa fl-aħħar ta' qarja, qabel rkugħ, u ħamsa fit-tieni. Skont l-opinjoni ġuristika tal-lokalità, din is-salǎ hija jew fard (فَرْض, obbligatorju), mistaħabb (irrakkomandat ħafna) jew mandub (مَنْدُوْب, preferut). Wara s-salǎ, il-Misilmin jiċċelebraw l-Għid il-Fatar b'diversi modi[5] bl-ikel ("kċina Għid") tkun tema ċentrali, li tagħti wkoll lill-festa l-laqam "Għid Ħelu" jew "Festa taz-Zokkor".[6][7]

Referenzi

immodifika
  1. ^ Elias, Jamal J. (1999). Islam. Routledge. p. 75. ISBN 0415211654.
  2. ^ Barr, Sabrina. "Eid al-Adha 2019: When is it, How is it celebrated and How to Wish Someone Happy Eid". independent. Arkivjat mill-orġinal fl-11 August 2019. Miġbur 11 August 2019.
  3. ^ Niazi, M A (9 August 2013). "A 'Lesser Eid'". The Nation (bl-Ingliż). Pakistan: The Nation. Arkivjat mill-orġinal fl-3 July 2020. Miġbur 30 June 2020. In the subcontinent, this Eid, Eid-ul-Fitr, is known as 'Choti Eid', or the 'Lesser Eid'. This immediately sets up a contrast with 'Bari Eid', or the 'Greater Eid', which takes place just two months and a bit later. This distinction is also known in the Arab world, but by calling 'Bari Eid' bari, this Eid is already disadvantaged. It is the 'other Eid'.'Bari Eid', or Eid-ul-Azha, has the advantage of having two major rituals, as both have the prayer, but it alone has a sacrifice. 'Bari Eid' brings all Muslims together in celebrating Hajj, which is itself a reminder of the Abrahamic sacrifice, while 'Choti Eid' commemorates solely the end of the fasting of Ramazan.
  4. ^ "Eid al-Fitr and the six supplementary fasts of Shawwal". Inter-islam.org. Arkivjat mill-orġinal fl-26 July 2013. Miġbur 11 August 2013.
  5. ^ "How Do Muslims Celebrate Eid? The Beauty of Eid Explained". Islam Faith. 21 August 2018. Arkivjat mill-orġinal fl-10 May 2021. Miġbur 10 May 2021.
  6. ^ "What food is eaten during the Muslim festival of Eid al-Fitr?". Independent.co.uk. 23 May 2020. Arkivjat mill-orġinal fl-14 January 2021. Miġbur 12 May 2021.
  7. ^ "How is Eid al-Fitr celebrated around the world? – BBC Bitesize". Bbc.co.uk. Arkivjat mill-orġinal fl-10 May 2021. Miġbur 2021-12-17.