Għaxar Kmandamenti
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
L-Għaxar Kmandamenti (Ebrajk: עֲשֶׂרֶת הַדִּבְּרוֹת, Aseret ha'Dibrot), magħruf ukoll bħala d-Dekalogu, huma sett ta' prinċipji bibliċi relatati mal-etika u l-qima, li għandhom rwol fundamentali fir-reliġjonijiet Abrahamiċi. L-Għaxar Kmandamenti jidhru darbtejn fil-Bibbja Ebrajka: fil-kotba tal-Eżodu u Dewteronomju. Il-kmandamenti jinkludu struzzjonijiet biex ma jkollhom ebda allat oħra quddiemhom, biex jonoraw il-ġenituri tagħhom, u biex iżommu qaddis il-jum tas-Sibt, kif ukoll projbizzjonijiet kontra l-idolatrija, id-dagħa, il-qtil, l-adulterju, is-serq, id-diżonestà, u t-tixniq. Il-gruppi reliġjużi diversi jsegwu tradizzjonijiet differenti fl-interpretazzjoni u n-numerazzjoni tagħhom.
L-Għaxar Kmandamenti:
- Ma jkollokx Alla ieħor għajri
- La ssemmix l-isem t'Alla fil-batal
- Ħares il-Ħdud u l-festi kmandati
- Weġġaħ (agħti ġieħ) lil missierek u 'l ommok
- La toqtolx
- La tiżnix
- La tisraqx
- La tixhidx ħaġa b'oħra
- La tixtieqx nisa tal-oħrajn
- La tixtieqx ħwejjeġ tal-oħrajn