Għaqda Duminku Mintoff

L-Għaqda Duminku Mintoff ġiet imwaqqfa fl-20 ta’ Awwissu 2012 minn Josef Grech.

Dwar l-għaqda

immodifika

1. L-Għaqda Duminku Mintoff, għanda tkun ippreparata sewwa u kif jixraq sabiex f’kull attivita` tkun tista tagħti sehma u tikseb is-suċċess li jkun mixtieq.

2. Għalhekk, jkun xieraq li l-Kumitat jaħtar Għaqda Duminku Mintoff sabiex il-Għaqda tkun amministrata fl-aħjar mod possibbli. Il-Għaqda għandha tiltaqa` mill-anqas darbtejn fis-sena.

Għanijiet u statut

immodifika

L-għanijiet ewlenin ta’ din l-Għaqda Duminku Mintoff huma:

(a) Biex twaqqaf u żżomm ħajja l-Għaqda Duminku Mintoff, biex kull membru tal-Għaqda Duminku Mintoff għandu jagħti sehmu sħiħ fuq dak li ikollu x’jaqsam fih l-isem tal-Perit Duminku Mintoff, biex min żmien għall-ieħor tippublika u tagħti informazzjoni fuq il-Perit Duminku Mintoff, biex tieħu sehem f’diversi attivitajiet u inizjattivi oħra kulturali u soċjali f’lokalitajiet u mkejjen oħra f’Malta u Għawdex u barra min xtutna.

(b) Biex tippromwovi u tikkontribwixxi fl-iżvilupp kulturali f’Malta b’attivitajiet u inizjattivi li torganizza matul is-sena skont kif jidhirlu l-kumitat minn żmien għal żmien matul is-sena.

(c) Biex tipprovdi tagħlim lil l-imseħbin kollha tal-Għaqda f’diversi oqsma tal-ħajja.

(d) Din l-Għaqda, hija assoċjazzjoni ta’ persuni b’personalità ġuridika distinta u separata mill-membri li jiffurmawha, bis-setgħa li tidħol f’kull kuntratt, ftehim jew trattativi ma’ terzi persuni, li takkwista, iżżomm u tiddisponi propjetà taħt kull titolu validu fil-liġi, li tħarrek jew tiġi mħarrka f’qorti, tribunal jew arbitraġġ, u li tagħmel dak kollu li hu neċessarju għall-għanijiet li għalihom ġiet kostitwita.

(e) Din l-Għaqda ma taqqa’ taħt l-ebda kappa ta’ partit politiku.

(f) Fin-nuqqas ta’ kuntratt jew ftehim xort’oħra ma’ terzi persuni, l-uffiċjali u membri tal-kumitat, kif ukoll soċji, li lkoll għandhom is-sħubija tagħhom imħallsa, mhumiex responsabbli personalment ma’ terzi persuni għal kull kuntratt, ftehim jew trattativi li l-għaqda tkun daħlet għalihom ma’ terzi persuni, u r-responsabbilità tagħhom hija limitata għall-ammonti li ma jkunux tħallsu mis-sħubija tagħhom.

(g) Terzi persuni li jidħlu fi trattativi mal-Għaqda huma marbuta li jkunu jafu dwar l-Għaqda billi jitolbu l-istrumenti kostituttivi tal-Għaqda u kull informazzjoni oħra li tista’ tkun neċessarja. Il-Għaqda hija fid-dmir meta tiġi mitluba minn terzi persuni għal din l-informazzjoni li huma interessati li jidħlu f’arranġamenti mal-Għaqda li tilqa’ din it-talba.

(h) Il-Għaqda mhijiex organizzazzjoni li tagħmel profitt skont kif definit fl-Att dwar Organizzazzjoniiet Volontarji (Kap 492 tal-Liġijiet ta’ Malta). Iżda minkejja dan li jingħad hawn fuq f’dan l-Istatut tal-Għaqda tista’:- tikseb qligħ pekunjarju mill-attivitajiet tagħha meta dan il-qligħ ma jgħaddix jew ma jkunx kreditat lil xi interess privat imma jkun utilizzat esklussivament għall-iskopijiet tal-Għaqda; u li tixtri u tbigħ jew b’ xi mod ieħor tinegozja

oġġetti jew servizzi li huma relatati esklussivament mal-iskopijiet prinċipali tal-Għaqda skont dan l-Istatut.

Struttura

immodifika

L-Għaqda Duminku Mintoff għandha tkun ifformata minn:-

(a) Ċermen

(b) Segretarju

(c) Direttur tal-Finanzi

(d) L-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi

(e) Membri li jieħdu ħsieb l-Attivitajiet

5. Responsabilitajiet tal-membri tal-Kummissjoni huma:-

(a) Ċermen jkollu d-dmir li jikkoordina l-laqgħat tal-Għaqda mas-Segretarju tal-Għaqda. Bħala Ċermen, fin-nuqqas tas-Segretarju tal-Għaqda, jista jaħtar lil xi ħadd (jew lilu nnifsu) sabiex iżomm il-minuti tal-laqgħa.

(b) Is-Segretarju tal-Għaqda jkollu d-dmir li jikkoordina l-laqgħat tal-Għaqda maċ-Ċermen tal-Għaqda. Is-Segretarju għandu jżomm il-minuti tal-laqgħat tal-Għaqda.

(c) Id-Direttur tal-Finanzi għandu jżomm il-kotba kollha meħtieġa fir-rigward tal-finanzi tal-Għaqda, inkluż (i) tad-dħul u l-ħruġ. Huwa jkun responsabbli mill-flus, depożiti u investimenti tal-Għaqda. Huwa għandu d-dmir li kull xahrejn jgħarraf lill-membri tal-Kumitat Ċentrali bil-qagħda finanzjarja tal-Għaqda.

(d) L-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi għandu jieħu ħsieb il-publikazzjonijiet, artikoli, korrispondenza fuq gazzetti jew dikjarazzjonijiet pubbliċi fuq il-media dwar xogħol il-Għaqda bl-awtorizazzjoni tal-istess Kumitat Ċentrali, u għandu jippromwovi l-Għaqda b’kull mezz.

(e) Il-Membri li jieħdu ħsieb l-Attivitajiet għandhom jieħdu ħsieb li min żmien għal żmien jorganizzaw attivitajiet u jaraw li f’dawn l-attivitajiet jiġi mfakkar il-Perit Duminku Mintoff. Dan għandu issir dejjem b’approvazjoni tal-Kumitat.

* L-Imseħbin Sussidjarji, li huma dawk li jħallsu għas-sħubija. Min jipproponi jew jissekonda persuna biex tissieħeb fil-Għaqda, għandu qabel jaċċerta ruħu li din il-persuna jkollha ‘l fuq minn tmintax (18)-il sena u li jkollha l-kwalitajiet kollha mixtieqa u jkun ilu msieħeb għall-sena. Il-formola li fuqha ssir it-talba tas-sħubija, għandha titwaħħal mal-Bord tal-Avviżi għal ġimgħa qabel ma titressaq quddiem il-Kumitat. Il-formola tal-applikazzjoni għas-sħubija tinsab annessa fl-Annex I ta’ dan l-Istatut. Membri ta’ din il-Għaqda li jireżinjaw jew jiġu mkeċċija ma jingħatux il-flus tal-membership lura.

* Kapitolu VIII - Osservanza ta’ dan l-Istatut

(a) Kwalunkwe investigazzjoni interna dwar nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-istatut għandha tiġi mistħarrġa mill-Kumitat Ċentrali jew minn sotto-kumitat appuntat minnu u li għandu jirrapporta lill-istess kumitat fi żmien xieraq.

(b) Dawn ir-regolamenti japplikaw fuq kif għandha titmexxa l-Għaqda Duminku Mintoff. F’każ li jkun hemm xi materji li ma jidhrux f’dawn ir-Regolamenti, iċ- Ċermen għandu dritt jagħti ruling u din tkun finali. Il-Kumitat Ċentrali għandu jimxi skont il-Liġijiet tar-Repubblika ta’ Malta, kif tkun applikabbli fi żmien meta l-materji joħorġu u skont ma jidher li jkun fl-aħjar interess tal-Għaqda.

(c) Il-Għaqda tista’ x-xolji biss wara deċiżjoni ta’ Laqgħa Ġenerali Straordinarja msejjħa għal dan l-iskop. Din il-laqgħa tiddeċiedi għand liema entità filantropika għandhom imorru l-assi tal-Għaqda u xi jsir mid-dokumenti tal-Għaqda.

Dan l-istatut ġie magħmul it-Tlieta 21 ta’ Awwissu 2012.