Fjords Norveġiżi tal-Punent

Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fin-Norveġja

Il-Fjords Norveġiżi tal-Punent huwa l-isem komuni mogħti lil żewġ fjords fin-Norveġja li huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO: Geirangerfjord u Nærøyfjord.[1]

Geirangerfjord.

Ġeografija

immodifika

Pożizzjoni

immodifika

Is-Sit ta' Wirt Dinji jikkonsisti minn żewġ żoni li jinsabu 120 kilometru 'l bogħod minn xulxin, fil-Lbiċ tan-Norveġja, ftit fil-Majjistral tal-belt ta' Bergen, u parti mill-pajsaġġ tal-fjords Norveġiżi tal-Punent estiżi fuq iżjed minn 500 kilometru bejn Stavanger fin-Nofsinhar u Åndalsnes fit-Tramuntana. Iż-żoni ta' Geirangerfjord u ta' Nærøyfjord flimkien fihom 122,712 ettaru (111,966 ettaru fuq l-art u 10,746 ettaru fuq il-baħar).[2]

Iż-żona ta' Geirangerfjord tinsab 60 kilometru 'l ġewwa mill-baħar u tinkludi Geirangerfjord stess u l-parti ta' fuq ta' Storfjorden kif ukoll ta' Tafjorden. Il-parti inkluża bħala Sit ta' Wirt Dinji tinsab fil-kontea ta' Møre og Romsdal, u testendi fil-muniċipalitajiet ta' Fjord u ta' Stranda. Tkopri 51,802 ettaru, li minnhom 46,151 ettaru huma fuq l-art u 5,651 ettaru huma fuq il-baħar.

Iż-żona ta' Nærøyfjord tinsab 100 kilometru 'l ġewwa mill-baħar u hija l-estremità ta' fuq Sognefjord. Testendi fil-kontej ta' Sogn og Fjordane fil-muniċipalitajiet ta' Aurland, Vik u Lærdal, u ta' Hordaland fil-muniċipalità ta' Voss. B'kollox tkopri 70,910 ettaru, li minnhom 65,815 ettaru huma fuq l-art u 5,095 ettaru huma fuq il-baħar. Ir-triq Ewropea E16 tgħaddi minn ġo din iż-żona.[3]

Iż-żewġ żoni, għalkemm relattivament 'il bogħod minn xulxin, għandhom klima simili ħafna, li hija tranżizzjoni bejn klima oċeanika u klima kontinentali. Ir-reġjun huwa favorevoli għall-mikroklimi. Il-borra tippersisti minn Ottubru sal-aħħar ta' Mejju fil-muntanji u mill-aħħar ta' Novembru sa Marzu fil-widien. Fix-xitwa, l-għejun tal-fjords jiffriżaw għal perjodu ta' bejn ġimgħa u tliet ġimgħat.[4]

 
Nærøyfjord.

Preżenza umana

immodifika

Ġeografija umana

immodifika

Iż-żona ta' Geirangerfjord kellha 230 abitant fl-2003, filwaqt li ż-żona ta' Nærøyfjord kellha 243 abitant fl-2001.[2]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Il-Fjords Norveġiżi tal-Punent ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2005.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; u l-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".[1]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "West Norwegian Fjords – Geirangerfjord and Nærøyfjord". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-18.
  2. ^ a b "The West Norwegian Fjords - Norwegian Nomination 2004 UNESCO World Heritage List (PDF)" (PDF).
  3. ^ "Les Fjords de l'Ouest de la Norvège - Évaluation technique de l'UICN".
  4. ^ "Seasons and climate in Norway". www.visitnorway.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-07-12. Miġbur 2022-03-18.