Fgura United Football Club huwa klabb tal-futbol Malti ibbażat fl-1 ta Ġunju, 1971 u huwa l-eqdem għaqda sportiva fil-lokalità tal-Fgura, Malta. Huma bħalissa jilagħbu fit-Tieni Diviżjoni.

Fgura United FC
Isem sħiħ Fgura United Football Club
Fundazzjoni 1962
Grawnd Grawnd tal-Fgura, Fgura
President ?
Kowċ ?
Kampjonat (II)
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

L-ewwel president kien is-Sur Żaren Vella, mas-Sur Ċ.Farrugia bħala l-segretarju u s-Sur E.Muscat bħala t-teżorier. Matul is-snin tal-klabb, l-indirizz inbidel darbtejn minn St Thomas Street fl-1973, imbagħad marru għat-Triq L-Isponsun u mbagħad lura għal San Tumas fil-bini ġdid li l-klabb kien investa fiha.

Bejn l-istaġuni 1971/72 u 1973/74 il-klabb ħa sehem fil-MFA Amateur League u l-MFA Minor League. Fgura United daħlu fil-Kampjonat Nazzjonali fl-istaġun 1974/75 meta l-klabb ħa sehem fir-4 Diviżjoni. Fgura United ilhom tipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet tal-MFA inklużi n-Nazzjonali, Riżervi, Taħt il-21 u taħt it-19. Mill-1995, Fgura United mexxiet in-nursery taż-żgħażagħ li timmira li tħarreġ plejers żgħażagħ ta' bejn l-età ta' 6-16 li jiżviluppaw it-talenti tagħhom u jippermettulhom li jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet taż-żgħażagħ Maltin fosthom ta' taħt it-12, taħt il-15 u taħt is-17-il sena.

Fl-2012 fetħu l-grawnd ġdid tagħhom b'terf artifiċjali li jissostitwixxi l-qadim. Fil-ftuħ ta' dan il-grawnd Michele Platini kien ippreżentat.

Grawnd tal-Fgura immodifika

 
Il-Grawnd tal-Fgura

Il-Grawnd tal-Fgura kien iawgurat fil-31 ta' Marzu 2012 fil-preżenza tal-President tal-MFA u l-Prim Ministru. Dan hu wieħed mill-52 grawnds li qed jiġu żviluppati mill-Gvern bi sħubija mal-UEFA u l-MFA. Għandu wiċċ tat-turf sintetiku u Jesa' 100 ruħ.

 
Platini jiftaħ il-Grawnd tal-Fgura

Ħoloq esterni immodifika

  • ?