Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra

(Rindirizzat minn Fenek Sumatran)

Il-Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra (Nesolagus netscheri), magħruf ukoll bħala Fenek tal-widnejn qosra ta' Sumatra jew Fenek Sumatran, huwa mammiferu plaċentat erbivoru tal-familja Leporidae, fl-ordni Lagomorpha.

Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra
Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Nesolagus
Speċi: N. netscheri
Isem binominali
Nesolagus netscheri
Schlegel, 1880

Dan il-fenek huwa ristrett għal foresti tal-muntanja fil-Punent u l-Lbiċ ta' Sumatra, hemm rekord wieħed biss fl-1972 mill-Park Nazzjonali ta' Gunung Leuser u rapport ta' avvistament fl-1978 fil-qrib tal-Muntanja Kerinci. Kważi r-rekords kollha ta' din l-ispeċi ġejjin minn żoni fejn ikabbru l-pjanti tat-te u l-kafe fejn il-foresta ġiet maqtugħha, f'għoli ta' bejn 600 u 1,600 metru. L-ambjent huwa kollu foresta tal-muntanja li tikber fuq ħamrija vulkanika u l-Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra jiekol il-ħxejjex li jikbru fil-livell ta' taħt is-siġar u mhux fejn hemm il-ftuħ jew saret xi tip ta' deforestazzjoni. Dan il-fenek huwa notturn u matul il-ġurnata jistaħba f'bejtiet jew f'toqob taħt l-art qalb l-għeruq tas-siġar.

Il-Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra huwa imniżżel bħala speċi f'periklu kritiku ta' estinzjoni minħabba telf ta' abitat minn deforestazzjoni. Minn dan il-fenek ftit li xejn inqabdu eżemplari u ħafna drabi jkunu għaddew snin twal bejniethom u l-unika Fenek Sumatran li nżamm barra mill-ambjent naturali tiegħu miet fi ftit żmien. Dan kien maħsub li huwa fenek monotipiku, l-unika speċi fil-ġeneru Nesolagus sakemm ftit snin ilu instab il-Fenek tal-istrixxi ta' Annam (Nesolagus timminsi), fil-muntanji ta' Annamite bejn Laos u Vjetnam.

Distribuzzjoni

immodifika

Il-Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra huwa speċi ta' fenek rari ħafna endemiku tal-Indoneżja li jinsab biss fil-foresta tal-Muntanji Barisan fil-Punent tal-gżira ta' Sumatra.

Klassifikazzjoni

immodifika
  • Ordni Lagomorpha
    • Familja Leporidae
      • Ġeneru Nesolagus
        • Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra jew Fenek tal-widnejn qosra ta' Sumatra, Nesolagus netscheri

Referenzi

immodifika