Fdalijiet ta' Loropéni
Il-Fdalijiet ta' Loropéni (bil-Franċiż: Ruines de Loropéni) huma sit ta' wirt Medjevali qrib ir-raħal ta' Loropéni fin-Nofsinhar tal-Burkina Faso. Tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2009.[1] Dawn il-fdalijiet kienu l-ewwel Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-pajjiż. Is-sit ikopri erja ta' 1,113-il ettaru (2.75 akri) u jinkludi għadd ta' ħitan tal-ġebel li kienu jiffurmaw fortizza Medjevali, l-iżjed waħda ppreservata minn għaxra fl-inħawi. Il-fdalijiet imorru lura mill-inqas xi elf sena. L-insedjament kien okkupat mill-poplu Lohron jew Kulango u gawda perjodu ta' prosperità bis-saħħa tal-kummerċ tad-deheb trans-Saħarjan. Laħaq il-quċċata tiegħu bejn is-sekli 14 u 17 u mbagħad ġie abbandunat fil-bidu tas-seklu 19.[1]
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIl-Fdalijiet ta' Loropéni ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2009.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[1]
Iktar qari
immodifika- Somé, Magloire, and Lassina Simporé. Lieux de mémoire, patrimoine et histoire en Afrique de l’Ouest: Aux origines des Ruines de Loropéni, Burkina Faso. Archives contemporaines, 2014.
- Royer, Bertrand. Le fil d’Ariane du patrimoine. Du musée ethnographique de Gaoua au site UNESCO de Loropéni (Burkina Faso). Géographie et cultures 79 (2011): 109-125.
- Royer, Bertrand. "Patrimoine Mondial de l'Unesco et mise en valeur des ruines de Loropéni." Net et terrain: ethnographie de la n@ture en Afrique (2011): 94-122.
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Ruins of Loropéni". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-19.