Fatt
Ġeneralment fatt hu ġrajja, jew affermazzjoni dwar ġrajja li hi meqjusa vera. Id-diskussjoni dwar il-korrispondenza biunivoka bejn is-sett ta' affermazzjonijiet veri u s-sett ta' fatti għadha miftuħa. Pereżempju, affermazzjonijiet dwar il-verità ta' teoria jew ta' liġi xjentifika s-soltu jiġu trattati bħala korrispondenti ma' xi fatti. Kulltant joħorġu xi differenzi ta' opinjoni dwar ħaġa jew fatt, u jeżistu metodi li jfittxu jnaqqsu kemm jista' jkun dawn id-differenzi.
- Fil-filosofija, fatt jista' jkun kemm propożizzjoni vera u kemm xi ħaġa li trendi vera ċerta propożizzjoni.
- Fl-ambitu xjentifiku, fatt hu informazzjoni miksuba permezz ta' esperiment xjentifiku. Fatt hu osservazzjoni imparzjali. F'dan is-sens, fatt hu riżultat magħmul imparzjali (fl-ikbar miżura possibbli) permezz ta' osservazzjoni minn iżjed minn xjenzjat wieħed. Mela nistgħu nikkonkludu li, fl-ambitu xjentifiku, fatt hu r-riżultat ta' osservazzjoni li hi tant aċċettata li hu diffiċli li wieħed jieħu bis-serjetà ipoteżijiet interpretattivi diversi. Fatt jista' jintuża bħala prova favur (jew kontra) ċerta viżjoni tal-univers (dejjem niftakru li l-fatt ma jippruvax il-korrettezza tal-mudell: hekk jew hekk osservazzjoni waħda ma tipprova xejn). Hemm it-tendenza li nagħtu valur akbar il-fatti li jiffavorixxu il-pożizzjonijiet preferiti tagħna u nagħtu valur anqas (jew anki ninjoraw) l-importanza tal-fatti li jkunu kuntrarji.
- Fl-ambitu tal-liġi bit-terminu fatt ġuridiku nfissru stat jew ġrajja kostituttiva tal-fattispeċi ta' liġi (Il-parti tal-liġi li fiha hemm deskritti l-kondizzjonijiet li jridu jseħħu biex il-liġi tkun applikabbli). Jekk fatt hu previst fil-fattispeċi ta' liġi, ngħidu li dan hu kkwakifikat bħala ġuridikament rilevanti mill-ordinament ġuridiku (il-ġabra ta' liġijiet). Hemm varjetà kbira ta' fatti ġuridiċi, li deskrizzjoni unitarja jagħmluha diffiċli. M'hemmx dubju li ma jeżistux effetti ġuridiċi li mhumiex marbutin ma' fatt. l-fatti ġuridiċi nistgħu naqsmuhom fi:
- naturali : li ma jiddependux mill-volontà tal-bniedem;
- umani (jew atti ġuridiċi): jekk jiddependu mill-volontà tal-bniedem.