FIMBank
FIMBank hija kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata li tipprovdi soluzzjonijiet ta' finanzjament tal-kummerċ, fatturar u skont tar-riċevibbli kummerċjali fuq bażi mingħajr rikors. Il-grupp huwa reġistrat f’Malta u huwa kkwotat fil-Borża ta’ Malta.[1]
FIMBank jagħmel parti mill-Grupp KIPCO. Adrian Gostuski huwa l-Kap Eżekuttiv tal-Grupp FIMBank.[2]
Storja
immodifikaIl-Grupp FIMBank twaqqaf fl-1994.[3]
Il-grupp ra il-bidu tiegħu bi twaqqif tal-l-First International Merchant Bank Ltd, li beda jopera fl-1995.[4] Fl-2001, l-ishma tiegħu ġew elenkati fil-Borża ta’ Malta.[5][6]
Fl-2003, il-grupp akkwista l-kontroll sħiħ tal-London Forfaiting Company Ltd.[7]
Fl-2005, First International Merchant Bank Ltd. bidel ismu għal FIMBank p.l.c.[8]
Fl-2008, FIM Property Investment Ltd twaqqfet sabiex tissorvelja l-bini tal-uffiċċju prinċipali tal-Grupp u tipprovdi faċilitajiet u servizzi ta’ ġestjoni tal-proprjetà.[9]
Fl-2011, il- Grupp FIMBank fetaħ il-kwartieri ġenerali tiegħu f’San Ġiljan. Fl-2012, FIMBank ġie rikonoxxut bħala l-aqwa bank kummerċjali f’Malta skont Global Finance.[10]
Fl-2013, il-Bank United Gulf, id-diviżjoni bankarja kummerċjali ta' KIPCO u Burgan Bank akkwistaw 80 fil-mija tal-ishma tal-FIMBank, u fl-2018, l-ishma kollha tal-FIMBank li qabel kienu proprjetà tal-Bank United Gulf ġew trasferiti lil United Gulf Holding Company.[11]
FIMBank nieda l-pjattaforma bankarja diġitali FIMBank Direct fl-2017.[12]
Operazzjonijiet
immodifikaFIMBank jipprovdi firxa ta’ servizzi bankarji, inkluż finanzjament tal-kummerċ, fatturar u skont tar-riċevibbli kummerċjali fuq bażi mingħajr rikors u finanzjament tal-proprjetà immobbli. FIMBank żviluppa wkoll l-Easisave, pjattaforma ta’ tfaddil onlajn, li tnediet fl-2012.[13][14][15]
Link Esterni
immodifikaReferenzi
immodifika- ^ "FIMBank named Best Trade Finance Bank in Malta by Global Finance". MaltaToday.com.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-18.
- ^ "The INSIGHT Interview: Adrian Gostuski, CEO Of FIMBank - Financial Services - Malta". www.mondaq.com. Miġbur 2022-10-18.
- ^ "Disclosure". disclosures.ifc.org. Miġbur 2022-10-18.
- ^ "FIMBank plc (Malta) - Bank Profile". thebanks.eu (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-18.
- ^ "FIMBANK PLC overview - Find and update company information - GOV.UK". find-and-update.company-information.service.gov.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-18.
- ^ "FIMBank plc (Malta) - Bank Profile". thebanks.eu (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-18.
- ^ Review, G. T.; GTR (2003-08-29). "Fimbank wins LFC takeover battle". Global Trade Review (GTR) (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-18.
- ^ Review, G. T. "FIMBank celebrates 25th anniversary". Global Trade Review (GTR) (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-18.
- ^ "Bloomberg - company profile". www.bloomberg.com. Miġbur 2022-10-18.
- ^ "FIMBank: First financial institution to move into The Exchange - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2022-10-18.
- ^ "Kuwait's KIPCO takes majority stake in Malta's Fimbank" (bl-Ingliż). 2013-05-30. Miġbur 2022-10-18.
- ^ "FIMBank launches digital banking platform - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2022-10-18.
- ^ "FIMBank partners with Finverity to offer global SCF and factoring solutions". thepaypers.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-18.
- ^ "What's a saver with more than €1 million on deposit to do?". The Irish Times (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-18.
- ^ "FIMBank plc, 0EGG:LSE profile - FT.com". markets.ft.com. Miġbur 2022-10-18.