FC Twente
Football Club Twente huwa klabb tal-futbol professjonali Olandiż ibbażat fil-belt ta' Enschede, u li jilgħab fl-ogħla diviżjoni tal-pajjiż. Iffumat fl-1965 permezz tal-fużjoni bejn Sportclub Enschede u Enschedese Boys, il-klabb hu attwalment id-detentur tat-titlu tal-Eredivisie u tal-Johan Cruijff Schaal. Fl-istorja tegħu, il-klabb spiċċa darbtejn fit-tieni post tal-kampjonat, rebħu darbtejn it-Tazza KNVB u kienu finalisti telliefa tat-Tazza UEFA 1974–75.
Isem sħiħ | FC Twente '65 | ||
---|---|---|---|
Ismijiet oħra |
De Tukkers The Reds | ||
Fundazzjoni | 1 ta' Lulju, 1965 | ||
Grawnd | De Grolsch Veste, Enschede | ||
Kowċ | Joseph Oosting (en) | ||
Kampjonat | Eredivisie | ||
| |||
Sit uffiċjali |
Storja
immodifikaIl-klabb twieled fl-1965 bħala parti minn fużjoni bejn żewġ klabbs professonali, is-Sportclub Enschede (rebbieħ tat-titlu tal-Eredivise fl-1926) u l-Enschedese Boys.
Is-suċċess kien wieħed istantanju hekk kif taħt il-gwida tal-kowċ Kees Rijvers, Twente spiċċaw it-tielet fl-1969, ir-raba' fl-1970, il-ħames fl-1971 u t-tielet fl-1972 u fl-1973. L-aqwa staġun tibqa' dik tal-1973–74 fejn flimkien ma' Feynoord kienu qed jiġġieldu għall-konkwista tat-titlu sal-aħħar ġurnata tal-kampjonat. Minkejja t-telfa ta' 3–2 kontra l-istess Feynoord, Twente xorta assiguraw minn post fit-Tazza UEFA.
Fl-edizzjoni 1974–75 tat-Tazza UEFA, it-Tukkers (kif inhuma imsejħa r-residenti tar-reġjun ta' Twente), grazzi għar-rebħa fis-semifinali kontra Juventus, avvanzaw sal-finali fejn ġew megħluba mill-Ġermaniżi ta' Borussia Mönchengladbach.
Minn dakinhar, l-andament tat-tim naqas drastikament tant li fl-1983 spiċċa relegat għall-Eerste Divisie (it-tieni diviżjoni Olandiża). Sena biss wara, it-tim kiseb il-promozzjoni u matul l-istaġun fl-ogħla diviżjoni t-tim baqa' mfakkar għan-numru ta' logħbiet pari li kiseb ġewwa daru. Il-laqam il-ġdid ta' "Twente tad-dwejjaq" tappan xi ftit il-fatt li rnexxielhom jikkwalifikaw għall-kompetizzjonijiet Ewropej għal ħames snin konsekuttivi (mill-1985 sal-1989).
Fl-1997, taħt il-gwida tal-Ġermaniż Hans Meyer, Twente għalqu l-kampjonat b'post garantit fit-Tazza UEFA u fl-24 ta' Mejju, 2001, rebħu t-tieni Tazza tal-Olanda wara li għelbu 3–1 lil PSV Eindhoven wara l-għoti tal-penalties.
L-istaġun ta' wara ra lill-klabb jiġi eliminat b'sorpriża mit-Tazza kontra t-tieni tim tal-Ajax. Barra minn hekk, fil-kampjonat it-tim wettaq prestazzjonijiet diżappuntanti li wasslu biex il-partitarji, l-Ultras Vak-P, għamlu ħsara fil-grawnd il-ġdid Arke Stadion kawża tal-frustrazzjoni tagħhom lejn il-pożizzjoni tal-klabb.
Fl-istaġun 2002–03, il-holding company FC Twente '65 iddikjarat il-falliment tagħha li għal ftit ma poġġiex f'dilemma l-eżistenza tal-klabb. Il-klabb irnexxielu madanakollu jevita dawn il-problemi, grazzi wkoll għall-president il-ġdid Joop Munsterman. Fil-fatt, it-tim irnexxielu jagħmilha sal-finali tat-tazza nazzjonali fl-2004 u kif ukoll wasal sar-raba' post fl-istaġun 2006–07. L-istaġun ta' wara, ra lil Twente jispiċċaw ir-raba' post u kif ukoll jirbħu l-finali tal-play-off kontra Ajax għal post fit-tielet rawnd ta' kwalifika taċ-Champions League, fejn kellhom jisfidaw lil Arsenal. Il-klabb Ingliż ma kellux problemi ixejjen lit-tim Olandiż fejn rebħu 6–0 fuq żewġ legs.
Mis-sajf tal-2008, inħatar l-eks-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż, Steve McClaren, bħala l-kowċ il-ġdid. Fl-istaġun 2008–09, il-klabb akkwista t-tieni post fil-kampjonat, b'distakk ta' ħdax-il punt miċ-ċampjins AZ Alkmaar, u kisbu biljett għall-Europa League wara l-eliminazzjoni tagħhom mill-fażi ta' kwalifikazzjoni taċ-Champions League kontra Sporting Lisbon. Is-sena ta' wara, wasal l-ewwel kampjonat fl-istorja tal-klabb, li ġie assigurat fl-aħħar ġurnata.
Unuri
immodifikaKompetizzjonijiet domestiċi
immodifika- 2009–10
- 1976–77, 2000–01
- 2010
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': FC Twente |