Eithne Patricia Ní Bhraonáin (Gweedore, 17 ta' Mejju 1961), magħrufha aħjar bħala Enya, hija kantanta, mużiċista u kompożitriċi Irlandiża. Isimha ħafna drabi huwa ppreżentat fil-medja bħala Enya Breenan; Enya huwa tranżliterazzjoni approsimittiva ta' kif Eithne (isem bl-Irlandiż) huwa pronunzjat fil-lingwa Irlandiża, il-lingwa nattiva tagħha.

Enya
Ħajja
Isem propju Eithne Pádraigín Ní Bhraonáin
Twelid Gaoth Dobhair (mul) Translate, 17 Mejju 1961 (63 sena)
Nazzjonalità Irlanda
Familja
Missier Leo Brennan
Aħwa
Edukazzjoni
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant
kompożitur tal-kanzunetti
kompożitur
pjanist
artist diskografiku
Xogħlijiet importanti Wild Child (en) Translate
Premjijiet
List
Influwenzat minn Brian Eno (en) Translate
Sħubija Clannad
Psewdonomu Enya
Moviment artistiku mużika new age
Celtic music (en) Translate
operatic pop (en) Translate
Tip ta' leħen mezzo soprano
Strument/i tal-mużika pjanu
vuċi
Tikketta tar-reġistrazzjoni Warner Music Group

Il-karriera mużikali tagħha bdiet fl-1980, meta għal ftit ingħaqdet mal-grupp Clannad, qabel ma ħalliet 'l-grupp biex tibda karriera bħala solista. L-album tagħha Watermark, li ħareġ fl-1988, irnexxielha jwassalha għar-rikonoxximent internazzjonali u Enya saret magħrufha għall-ħoss uniku tagħha, li kien karatterizzat minn melodiji folkloristiċi, u diversi tipi oħra ta' ħsejjes.

Matul is-snin disgħin u l-bidu tal-millenju, Enya kompliet tgawdi s-suċċess; l-album tagħha A Day Without Rain (2000) irnexxielu jbigħ 15-il miljun kopja u hi ġiet imsejħa bħala l-ikbar artista femminili li biegħet diski fl-2001. Fl-Irlanda, hi hi l-iktar artista solista li biegħet kopji u hi uffiċjalment it-tieni l-ikbar esportatriċi ta' mużika f'pajjiżha wara l-grupp U2. Iċ-ċifra ta' kopji tal-albums tagħha jammontaw għal 70 miljun sal-2009, b'iktar minn 26 miljun ikunu mill-Istati Uniti. Ix-xogħol tagħha wassalha għal erba' Grammys u nominazzjoni għall-Academy Award.

Ħoloq esterni

immodifika