Emily Wilson
Emily Rose Caroline Wilson (imwielda fl-1971) hija klassiċista mill-Gran Brittanja u Professur tal-Istudji Klassiċi fl-Università ta’ Pennsylvania. Fl-2017 hija kienet l-ewwel mara li ppubblikat it-traduzzjoni tal-Odissea ta’ Omeru bl-Ingliż.
Emily Wilson | |||
---|---|---|---|
| |||
Ħajja | |||
Twelid | Oxford, 1971 (52/53 sena) | ||
Nazzjonalità | Renju Unit | ||
Familja | |||
Missier | A. N. Wilson | ||
Omm | Katherine Duncan-Jones | ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater |
Balliol College (en) Corpus Christi College (en) Università ta’ Yale | ||
Lingwi | Ingliż | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
studjuż tal-Klassiku filologu klassiku għalliem fl-università traduttur | ||
Impjegaturi | Università ta' Pennsylvania | ||
Premjijiet |
List
|
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
It-traduzzjoni tal-Odissea
immodifikaAktarx, Wilson hija l-aktar magħrufa għat-traduzzjoni tal-Odissea (2017), li ġiet imfaħħra minn diversi kritiċi. Dan ix-xogħol wassalha sabiex tkun l-ewwel mara li tippubblika traduzzjoni bl-Ingliż ta’ din il-poeżija. Wara introduzzjoni twila, hija tipprovdi traduzzjoni tax-xogħol ta’ Omeru f’pentametru ġjambiku. L-Odissea ta’ Wilson daħal fil-lista tal-aqwa mitt ktieb ta’ The New York Times tal-2018 u fl-istess sena ġie nnominat għall-Premju Nazzjonali tat-Traduzzjoni fl-Amerka stess. Fl-2019 Wilson irċeviet għotja ta’ finanzjament mill-Fondazzjoni MacArthur għaliex permezz tax-xogħol tagħha ressqet udjenza ġdida lejn il-letteratura klassika.
Fil-bidu tal-ktieb, Wilson b’“lingwaġġ sempliċi u kontemporanju” kitbet: “kellimni dwar raġel ikkumplikat”. Hi argumentat li l-istil tipiku “erojku” iħeġġeġ b’mod impliċitu sistema ta’ valuri mibnija fuq il-ġerarkija u d-dominanza tal-irġiel bħal kif inhi mpenġija mis-soċjetà u għalhekk jiskoraġġixxi l-qarrej milli jkollu rabta profonda mat-test. Ta’ min jinnota l-għażla ta’ Wilson biex tirreferi għall-karattri li huma fi skjavitù bħala “skjavi” minflok “sefturi” jew “qaddejja”. Hija tgħid: “nistgħaġeb meta nħares lejn traduzzjonijiet oħra u nara l-isforz li jagħmlu sabiex jaħbu l-kunċett tal-iskjavitù”.