Elisabetta Canalis
Elisabetta Canalis (twieldet fit-12 ta' Settembru 1978) hija mudella u attriċi Taljana.
Elisabetta Canalis | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Sassari (en) , 12 Settembru 1978 (46 sena) |
Nazzjonalità | Italja |
Familja | |
Koppja/i |
Christian Vieri (mul) Steve-O (en) Gabriele Muccino (en) George Clooney (mul) |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università ta’ Milan |
Lingwi | Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
attur art model (en) preżentatur televiżiv showgirl (en) mudell attur ċinematografiku Q4009363 |
Piż | 59 kg |
Tul | 170 cm |
Bijografija
immodifikaImwielda f'Sassari, ġewwa Sardinja, hi attendiet il-Liċeo D. A. Azuni ta' Sassari, u wara ttrasferixxiet Milan sabiex inkitbet fil-kors għad-diploma fil-Lingwi u Letteratura Barranija tal-Università Statali. Ipparteċipat f'diversi selezzjonijiet għall-għażla tal-atturi, fejn fost dawn insibu għall-film Il pesce innamorato ta' Leonardo Pieraccioni. Fl-1999, barra mill-parteċipazzjoni fit-Telegatti u pubbliċità għall-karamelli M&M's, ġiet magħżulha bħala velina għat-trażmissjoni Striscia la notizia flimkien ma' Maddalena Corvaglia, rwol li baqgħet isservi sal-2002.
Wara s-suċċess kbir tal-kalendarju 2003 għar-rivista Max, ipparteċipat fil-konduzzjoni ta' żewġ edizzjonijiet tal-programm sportiv Controcampo, fuq l-istazzjon Italia 1. Kellha sehem fit-tielet u r-raba' edizzjoni tas-serje Carabinieri.
Fl-2003, flimkien ma' Federica Fontana, ipparteċipat fil-programm komiku Ciro presenta Visitors, u sena wara f'Super Ciro, dejjem fuq Italia 1. Fl-2004, kienet protagonista tal-vidjo mużikali tal-kanzunetta ta' Biagio Antonacci, Convivendo. Sena wara, kienet protagonista, flimkien ma' Fabio De Luigi, tat-tieni staġun tas-sitcom Love Bugs, b'direzzjoni ta' Marco Limberti.
Suċċessivament, marret l-Istati Uniti biex tipparteċipa f'korsijiet tad-drama u tal-lingwa Ingliża. Dehret ukoll f'żewġ films: Deuce Bigalow: European Gigolo ta' Mike Bigelow, u Decameron Pie ta' David Leland, imma f'dawn iż-żewġ okkażjonijiet għamlet ftit aktar minn dehra waħda.
Fl-2005, ikkonduċiet għal ġimgħa l-programm Striscia la Notizia flimkien mal-eks-kollega tagħha Maddalena Corvaglia. Fl-2006, ħadet sehem fil-film Natale a New York, ta' Neri Parenti, fejn interpretat it-tifla ta' Christian De Sica.
Irritornat mal-kumpanija ta' Sandro Piccinini f'Controcampo Ultimo Minuto fil-bidu tal-istaġun 2006–07. Fl-2007 kienet ospiti fissa fil-programm tal-Gialappa's Band Mai dire Martedì, fejn assistiet fil-konduzzjoni lil Mago Forest. Barra minn hekk ippreżentat il-Festivalbar flimkien ma' Giulio Golia u Enrico Silvestrin.
Televiżjoni
immodifika- Striscia La Notizia (1999–2002)
- Controcampo (2002–2007)
- Stelle a quattro zampe (2002)
- Ciro presenta Visitors (2003)
- Superciro (2004)
- Mai dire Martedì (2007)
- Festivalbar (2007)
- Buona la prima (2007)
- Trofeo Birra Moretti (2008)
- Artù (2008)
- Total Request Live (2009)
Filmografija
immodifikaSerje
immodifika- Carabinieri (2004–2005)
- Love Bugs (2005)
- Medici miei (2008)
- Fratelli Benvenuti (2010)
- Leverage (2010)
Ċinema
immodifika- Deuce Bigelow 2 - European Gigolo (2005)
- Natale a New York (2006)
- Decameron Pie (2007)
- A Natale mi sposo (2010)
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Elisabetta Canalis (Elisabetta Canalis) |