Elezzjoni ġenerali ta' Malta 1854

It-tieni elezzjonijiet ġenerali f’Malta saru bejn it-3 u l-11 ta’ Novembru 1854.[1]

L-elezzjonijiet saru taħt il-kostituzzjoni tal-1849, li kienet tipprovdi għal Kunsill tal-Gvern bi 18-il membru, li minnhom jinħatru għaxar membri mill-gvernatur u tmienja ġew eletti.[1]

Riżultati

immodifika

B’kollox ġew reġistrati biex jivvutaw 4,348 persuna, li minnhom 3,882 tefgħu il-vot; parteċipazzjoni ta’ 89%.[1]

Membri eletti
Isem Voti Noti
Dun Filippo Amato 1,266 Elett mill-ġdid
Ign. Bonavita 798
Imhallef Bruno 903
Annetto Casolani 989 Elett mill-ġdid
Salv. Naudi 1,112
Emm. Rosssignaud 589
Paolo Sciortino 258 Elett minn Għawdex
Mikelang Xerro 1,555
Sors: Schiavone, p175

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Michael J Schiavone (1987) L-Elezzjonijiet F'Malta 1849–1981, Pubblikazzjoni Bugelli, p3