Edward Sexton

ħajjat, disinjatur tal-moda u imprenditur Brittaniku

Edward Sexton (twieled fid-9 ta' Novembru 1942 – miet fit-23 ta' Lulju 2023) kien ħajjat, disinjatur tal-moda u konsulent tal-manifattura Brittaniku ta' Savile Row.[1] Sexton hu meqjus bħala wieħed min-nies l-aktar importanti fl-istorja ta' Savile Row.[2]

Edward Sexton
Ħajja
Twelid Dagenham, 9 Novembru 1942
Nazzjonalità Renju Unit
Mewt 23 Lulju 2023
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni disinjatur tal-moda

Ħajja bikrija

immodifika

Edward Sexton attenda l-English Martyrs School (f'Southwark) mill-1953 sal-1957. Wara li telaq mill-iskola, Sexton mar jaħdem f'Lew Rose (fl-1957), fabbrika tal-manifattura tal-ilbiesi fil-Lvant ta' Londra, fejn ingħata l-ewwel taħriġ tiegħu. Lew Rose kienet topera sezzjoni b'sistema ta' produzzjoni; Sexton avvanza f'kull sezzjoni u żviluppa l-ħiliet bażiċi fil-ħjata.

Fl-1959, Sexton mar jaħdem bħala apprendist ma' Jerry Vanderstine, produttur tal-kowtijiet li kien jaħdem għal Harry Hall (ħajjat ekwestri speċjalist f'Regent Street, Londra). Fl-1959, John Oates, il-ħajjat ewlieni ta' Harry Hall, imbagħad staqsa lil Sexton biex imur jaħdem magħhom bħala assistent għall-qtugħ tad-drapp.

Fl-1961, Sexton kien jaħdem ma' Cyril A. Castle, ħajjat tan-nies famużi, bħala assistent għall-qtugħ tal-ġkieket u l-qliezet. Hu u jaħdem ma' Cyril A. Castle, Sexton ingħata l-ewwel kariga ta' responsabbiltà fil-qasam tal-qtugħ tad-drappijiet u attenda kors tal-qtugħ tad-drappijiet bid-disinn fil-Kulleġġ Tekniku ta' Barrett Street (li iktar 'il quddiem sar parti tal-Kulleġġ tal-Moda ta' Londra).[3]

Fl-1962, Sexton mar jaħdem ma' Kilgour French and Stanbury, fejn temm it-taħriġ tiegħu.[4]

Fl-1966, Sexton kiseb l-ewwel impjieg tiegħu fil-qasam tal-qtugħ tad-drappijiet ma' Welsh and Jefferies (ħajjat militari), fejn saħħaħ il-ħiliet tiegħu fil-qtugħ għall-ħjata militari u ċivili. Sexton għamel vjaġġi lejn l-Akkademja Militari Rjali ta' Sandhurst biex jagħmel l-uniformijiet lill-uffiċjali fil-post. Sexton kien jemmen li din l-esperjenza kienet imprezzabbli għax-xogħol li mbagħad ipproduċa iktar 'il quddiem.[5]

Nutters of Savile Row

immodifika

Fl-1967, Sexton mar jaħdem fil-qasam tal-qtugħ tad-drappijiet tal-ħjata ma' Donaldson, Williams and Ward, fejn iltaqa' mal-bejjiegħ żgħażugħ Tommy Nutter. Nutter malajr għaraf it-talent ta' Sexton u bdew jaħdmu flimien għall-klijenti privati.[6] Permezz tax-xogħol tagħhom bdew jiżviluppaw stil partikolari (ġakketta wiesgħa b'qalziet pariġġ) li mbagħad evolva matul is-snin. Nutter kien iżommha ħafna u dejjem kien jilbes b'mod impekkabbli, u malajr attira klijenti li kien midħla tagħhom soċjalment, u b'hekk l-influwenza u l-popolarità tiegħu kibru.

Fl-14 ta' Frar 1969, Edward Sexton u Tommy Nutter fetħu n-Nutters of Savile Row f'35a Savile Row, bl-appoġġ ta' Cilla Black, Bobby Willis, James Vallance White u Peter Brown.[7] Dak kien l-ewwel stabbiliment ġdid ta' Savile Row f'120 sena. Nutter kien il-qawwa kreattiva u kien jiffoka l-iktar fuq il-kummerċjalizzazzjoni, filwaqt li Sexton kien iktar ħajjat tradizzjonali li kien joħloq l-ilbies. Ingħad li "Sexton kien il-ġenju tan-Nutters".[8]

Fl-1976, Tommy telaq min-Nutters of Savile Row u Sexton sar id-direttur maniġerjali.

Sexton baqa' fil-kariga ta' direttur maniġerjali sal-1982, meta mbagħad iċċaqlaq minn 35a għal 36-37 Savile Row u fetaħ ħanut f'ismu stess.

Tluq minn Savile Row

immodifika

Fl-1990, Sexton telaq minn Savile Row biex jistabbilixxu ruħu f'Knightsbridge, flimkien mal-ħajjata Caroline Charles[9] u Bruce Oldfield. Sexton kompla jaħdem, b'appuntament minn qabel biss, minn studjo f'Beauchamp Place, u pproduċa lbies kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Qomos imfassla apposta skont il-qies partikolari ta' dak li jkun u selezzjoni esklużiva ta' aċċessorji għall-klijenti tiegħu kienu joffru "dehra" kompluta bl-istil ta' Sexton.

Konsulenza u kollaborazzjonijiet

immodifika

Wilkes Bashford

immodifika

Mill-1987, Sexton ipproduċa firxa sħiħa ta' lbies b'kollaborazzjoni ma' Wilkes Bashford f'San Francisco.[10]

Poor Little Rich Girl

immodifika

Sexton għamel il-kostumi għall-produzzjoni NBC ta' $12-il miljun ta' Poor Little Rich Girl: The Barbara Hutton Story. Sexton ħadem il-kostumi ta' bosta mill-karattri fil-film, inkluż James Read li ħadimha ta' Cary Grant, Anthony Peck, u Farrah Fawcett.[11][12]

Ilbies lest biex jintlibes ta' Saks Fifth Avenue

immodifika

F'Settembru 1988, Sexton ħoloq linja esklużiva għal Saks Fifth Avenue magħmula minn ilbiesi mfassla apposta skont il-qies partikolari ta' dak li jkun u lbies lest biex jintlibes, fosthom qomos, ingravajjet, kalzetti, bsaten, kpiepel, imkatar u ingravajjet Skoċċiżi.

Stella McCartney u Chloé

immodifika

Fl-1995, hi u tistudja f'Central St. Martins, Stella McCartney kienet apprendista ma' Sexton, li kien il-ħajjat ta' missierha. Sexton għen lil McCartney tiżviluppa l-isfilata tad-debutt tagħha fejn kellha lil mudelli bħal Kate Moss, Naomi Campbell u Yasmin Le Bon. L-isfilata spiċċat fuq l-aħbarijiet ewlenin fuq il-gazzetti, u l-kollezzjoni kollha nbigħet lil Tokio, ħanut f'Londra.

Fl-1997, meta McCartney ħadet post Karl Lagerfeld ma' Chloé, bħala direttur kreattiv hija "ddependiet fuq" Sexton biex joħolqilha l-ewwel kollezzjoni tagħha f'Pariġi. Sexton ħadem ma' Chloé bħala konsulent u kompla jħarreġ lil McCartney fil-qtugħ tad-drappijiet, fid-disinn, fl-għażla tad-drappijiet u fil-ħjata. Fl-1999, Sexton irrifjuta li jġedded il-kuntratt tiegħu ma' Chloé.

Petra Ecclestone Form Clothing

immodifika

Fl-2007, Bernie Ecclestone wera xi disinni lil Sexton li kienet ħejjiet bintu Petra li kellha 18-il sena. Sexton baqa' impressjonat, u beda jaħdem ma' Petra biex tiżviluppa d-ditta tagħha, Form, minkejja li l-kumpanija għalqet is-sena ta' wara.[13]

Edward Sexton miet fit-23 ta' Lulju 2023 tal-età ta' 80 sena.[14]

Ilbies famuż

immodifika

Fost il-klijenti notevoli tiegħu kien hemm:

Klijent Professjoni L-iżjed ilbies notevoli mfassal minn Edward Sexton
Annie Lennox Mużiċista Libsa li libset għall-filmat ta' "Full Steam"
Bernie Ecclestone Negozjant Għani Ilbiesi bi tliet biċċiet
Bianca Jagger Libsa bajda ikonika
David Gray Mużiċist Libsa li libes għall-filmat ta' "Full Steam"
John Lennon Mużiċist Libsa li libes għall-qoxra tal-album Abbey Road
Marie Helvin Mudella
Mark Ronson Mużiċist Libsa bajda tat-tieġ
Sir Paul McCartney Mużiċist Libsa li libes għall-qoxra tal-album Abbey Road
Ringo Starr Mużiċist Libsa tat-tweed li libes għal Vogue
Twiggy Mudell Libsa ħamra skura
Yoko Ono Jump suit bajda
Harry Styles Libsa għat-tour tal-Pink
Adam Lambert Ilbiesi għal Velvet Album

Referenzi

immodifika
  1. ^ Mohammed, Samantha Conti,Hikmat; Conti, Samantha; Mohammed, Hikmat (2023-07-26). "Savile Row Tailor Edward Sexton Dies at 80" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-07-29.
  2. ^ "Edward Sexton". web.archive.org. 2011-02-17. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-02-17. Miġbur 2023-07-29.
  3. ^ "Edward Sexton: Return of the wizard with the scissors" (bl-Ingliż). 2022-04-26. Miġbur 2023-07-29.
  4. ^ "Untitled Page". web.archive.org. 2012-04-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-04-26. Miġbur 2023-07-29.
  5. ^ Ford, James Sherwood ; with photography by Guy Hills ; foreword by Tom (2010). Savile Row : the master tailors of British bespoke. London: Thames & Hudson. pp. 216–220. ISBN 978-0-500-51524-2.
  6. ^ "Untitled Page". web.archive.org. 2012-03-20. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-03-20. Miġbur 2023-07-29.
  7. ^ "Fashion and Textile Museum". web.archive.org. 2012-04-14. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-04-14. Miġbur 2023-07-29.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  8. ^ Sherwood, James (2007), The London Cut: Savile Row Bespoke Tailoring, Marsilio, Italy, ISBN 978-88-317-9155-7.
  9. ^ "Caroline Charles | Store Locations". web.archive.org. 2012-04-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-04-26. Miġbur 2023-07-29.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  10. ^ "MEN'S STYLE; TAILORED FOR SUCCESS (Published 1987)" (bl-Ingliż). 1987-04-05. Miġbur 2023-07-29.
  11. ^ "EDWARD SEXTON TAILORS AMERICANS TO HIS TASTE". Chicago Tribune. 1987-05-19. Miġbur 2023-07-29.
  12. ^ Goodwin, Betty (1987-05-15). "Savile Row Tailor Re-Creates Cary Grant Look in Miniseries About Heiress". Los Angeles Times (bl-Ingliż). Miġbur 2023-07-29.
  13. ^ "Driving force: Petra Ecclestone | Fashion". web.archive.org. 2011-12-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-12-28. Miġbur 2023-07-29.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  14. ^ Obituaries, Telegraph (2023-07-26). "Edward Sexton, master tailor who dressed Swinging London's rock stars and co-founded Nutters of Savile Row – obituary" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-07-29.