Domowina

istituzzjoni nazzjonali tas-Sorbi

Domowina (bis-Sorbjan: "Dar") hija lega indipendenti politika tas-Sorbi u organizzazzjoni li tħaddan fiha s-soċjetajiet Sorbi fil-Lusazja t’Isfel (bil-Ġermaniż: Niederlausitz) u fil-Lusazja ta’ Fuq (bil-Ġermaniż: Oberlausitz), il-Ġermanja. Din il-lega tirrappreżenta l-interessi tas-Sorbi u hija s-suċċessur tal-Lega ta’ Domowina tas-Sorbi tal-Lusazja t’Isfel u ta’ Fuq (bil-Ġermaniż: Domowina Bund Lausitzer Sorben, bis-Sorbjan: Zwjazk Łužiskich Serbow, bis-Sorbjan tal-Lusazja t’Isfel: Zwězk Łužyskich Serbow).[1][2]

Il-logo ta’ Domowina
 
Serbski dom - is-sede ta’ Domowina f’Bautzen

L-istituzzjoni ta’ Domowina, stabbilita f’Hoyerswerda fl-1912, tinsab f’Bautzen (Budyšin) fis-Sassonja flimkien ma’ istituzzjonijiet kulturali oħra tas-Sorbi.[1]

L-istituzzjoni ta’ Domowina ngħalqet mill-awtoritajiet Nażisti fl-1937 u reġgħet infetħet fl-10 ta’ Mejju 1945, eżatt wara t-Tieni Gwerra Dinjija, u reġgħet kisbet status uffiċjali fir-Repubblika Demokratika Ġermaniża.[3]

Taħt it-tmexxija tal-Ġermanja tal-Lvant, Domowina kienet organizzazzjoni tal-massa inkluża fil-Front Nazzjonali, u kienet ikkontrollata b’mod effettiv mill-Partit Unitarju Soċjalista tal-Ġermanja (bil-Ġermaniż: Sozialistische Einheitspartei Deutschlands jew SED). Minkejja li l-gvern kien jirrikonoxxi s-Sorbi bħala komunità lingwistika fi ħdan ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża, dawn ma kinux rikonoxxuti bħala minoranza, u dan kien imur kontra t-talbiet tal-lega. Mal-waqgħa tal-Komuniżmu fil-Ġermanja tal-Lvant u r-riunifikazzjoni Ġermaniża, Domowina reġgħet iffurmat mill-ġdid, u din id-darba bħala organizzazzjoni indipendenti.[2][3]

Presidenti

immodifika
 
Din il-binja qabel kienet sala tal-balli u ċentru tal-komunità f’Hoyerswerda, fejn ġiet stabbilita Domowina
Perjodu[2] President
1912-1927
Arnošt Bart
1927-1930
Jakub Šewčik
1930-1933
Jan Křižan
1933-1950
Pawoł Nedo
1951-1973
Kurt Krjeńc
1964-1990
Jurij Grós
1990-1991
Bjarnat Cyž
1991-1992
Jan Pawoł Nagel
1993-2000
Jakub Brankačk
2000-2011
Jan Nuk
mill-2011
David Statnik

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b "History of Domowina". web.archive.org. 2004-11-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2004-11-17. Miġbur 2021-04-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ a b ċ "Domowina". www.domowina.de. Miġbur 2021-04-15.
  3. ^ a b Peter Kunze (1995). Kurze Geschichte der Sorben. Ein kulturhistorischer Überblick in 10 Kapiteln. Sächsische Landeszentrale für Politische Bildung, p. 70, ISBN 3-7420-1633-4 (bil-Ġermaniż)