Dominju (bijoloġija)
(Rindirizzat minn Dominju)
"Dominju" twassal 'l hawnhekk. Għal użi oħra, ara Dominju (diżambigwazzjoni).
Dominju (jew superrenju, jew imperu) huwa takson li qiegħed fil-quċċata tal-iskema fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi ogħla minn ta' Renju. Dominju huwa l-aktar takson li jinkludi organiżmi fih mill-gruppi kollha bijoloġiċi. L-ismijiet jistgħu jvarjaw iżda l-arranġament dejjem jirrifletti d-differenzi fundamentali evoluzjonarji fil-ġenomi.
Hemm bosta alternattivi moderni ta' klassifikazjoni għad-dominji tal-ħajja. Fosthom hemm:
- Is-sistema taż-żewġ imperi b'Eukaryota u Prokaryota (jew Monera) fil-quċċata.
- Is-sistema tal-ħames renji bi Protista, Monera, Fungi, Plantae, u Animalia fil-quċċata.
- Is-sistema ta' tliet dominji ta' Carl Woese, użata għall-ewwel darba fl-1990, b'Archaea, Eubacteria u Eukaryota bħala dominji fil-quċċata.
Dawn l-iskemi jiddependu primarjament fuq analiżi ta' dati ta' sekwenzi ġenetiċi u b'hekk wieħed għandu jistenna proposti ta' skemi ġodda.