Domenico Allegri
Domenico Allegri (twieled għall-ħabta tal-1585 – miet fil-5 ta' Settembru 1629) kien kompożitur u kantant Taljan tal-Iskola Rumana Barokka bikrija.
Domenico Allegri | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Ruma, 1585 |
Nazzjonalità | Stati Papali |
Mewt | Ruma, 5 Settembru 1629 |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Taljan |
Għalliema | Giovanni Bernardino Nanino |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kompożitur kantant tal-mużika sagra kantant |
Moviment | mużika Barokka |
Strument/i tal-mużika | vuċi |
Bijografija
immodifikaHuwa kien it-tieni iben tas-sewwieq tal-karozzini minn Milan Costantino Allegri, li għex Ruma mal-familja tiegħu, u kien ħu ż-żgħir Gregorio Allegri li kien iktar famuż minnu. Costantino bagħat lill-uliedu, Gregorio, Domenico u Bartolomeo[1], jistudjaw il-mużika fil-Knisja ta' San Luigi dei Francesi, taħt il-maestro di capella Giovanni Bernardino Nanino, ħu Giovanni Maria Nanino. Maġenbu fil-bank tal-iskola Domenico kellu lil ħuh il-kbir Gregorio u mbagħad lil Antonio Cifra, Domenico Massenzio u Paolo Agostini.[2]
Fl-1606, Allegri kien maestro di cappella tal-Knisja ta' Santa Marija fi Spello, u minn Settembru 1609 sa April 1610 kellu l-istess rwol fil-Knisja ta' Santa Marija fi Trastevere f'Ruma. Mit-3 ta' April 1610 sa mewtu, kellu l-istess rwol fil-Bażilika ta' Santa Maria Maggiore, fejn ġie midfun.
Allegri huwa famuż l-iktar bħala wieħed minn tal-ewwel li inkluda akkumpanjamenti speċifiċi bl-istrumenti mal-mużika vokali sagra fuq skala żgħira. Minkejja li l-biċċa l-kbira tal-mużika tiegħu ntilfet, biċċa mużika partikolari baqgħet teżisti u hija l-Modi quos expositis in choris tal-1617 li tinkludi akkumpanjamenti ta' żewġ vjolini mal-vuċijiet.
Biblijografija
immodifika- Alberto Cametti, La scuola dei «pueri cantus» di S. Luigi dei francesi in Roma e i suoi principali allievi (1591-1623): Gregorio, Domenico e Bartolomeo Allegri, Antonio Cifra, Orazio Benevoli, Torino, Fratelli Bocca, 1915.
- Sergio Durante, 'Domenico Allegri', in Dizionario enciclopedico universale della musica e dei musicisti, Torino, UTET, 1983–1999, ISBN 88-02-05345-6.
- Saverio Franchi, Annali della stampa musicale romana dei secoli XVI-XVIII, Vol. 1/I, IBIMUS, Ruma, 2006, ISBN 978-88-88627-03-8.
- Antonella Nigro, Domenico Massenzio. A new biography with unpublished documents, in Domenico Massenzio Opera omnia, Edizzjoni Kritika ta' Claudio Dall'Albero u Mauro Bacherini, Vol. 1, Milan, Rugginenti, 2008, ISMN M-52013-013-4.
- Alberto Pironti, "Domenico Allegri", fid-Dizionario Biografico degli Italiani, Ruma, Treccani.
- Colin Timms, "Domenico Allegri", fin-New Grove Dictionary, ISBN 0-333-60800-3.
Referenzi
immodifika- ^ Alberto Cametti, La scuola dei «pueri cantus» di S. Luigi dei francesi in Roma e i suoi principali allievi (1591-1623): Gregorio, Domenico e Bartolomeo Allegri, Antonio Cifra, Orazio Benevoli, Torino, Fratelli Bocca, 1915, p. 619.
- ^ Antonella Nigro, Domenico Massenzio. A new biography with unpublished documents, in Domenico Massenzio Opera omnia, Vol. 1, Milan, Rugginenti, 2008, p. xxxvi.