Diskussjoni mudell:Infobox kompetizzjoni futbol
Latest comment: 16-il sena ilu by Roderick Mallia
Qed nara li użajt ċampjin fil-mudell - taħseb li tagħmel sens li nużaw kampjun(i)? Veru li forsi m'hijiex l-iktar verżjoni komuni imma tingħad ta' spiss u tinstama' anke fuq il-medja. U forsi la nużaw kampjunat, taf ma tkunx idea ħażina li nużaw l-istess zokk morfemiku. Jew inkella, iktar sempliċi u dirett: Rebbieħ. X'taħseb? --Roderick Mallia 18:15, 19 Awwissu 2008 (UTC)
- Naqbel ma' rebbieħ però kampjun hi wisq vaga. Kampjun tintuża' l-aktar biex turi parti ta' xi ħaġa bħal kampjun ta' mediċina. Jien nipproponi rebbieħ aktar minn kampjun. Chrisportelli 07:58, 20 Awwissu 2008 (UTC)
- Personalment, rebbieħ nippreferiha. Però ipproponejt kampjun ukoll għax smajtha f'dal-kuntest kemm-il darba. Bit-Taljan campione hija kemxejn vaga wkoll, però normalment tinduna mill-kuntests jekk hux qed nitkellmu fuq kampjun pipì jew kampjun tal-kampjunat dinji. Għalija iżda, rebbieħ tibqa' l-aħjar soluzzjoni. U rigward it-tieni, it-tielet u r-raba' post, dawn jiħtiġilhom l-artiklu. Mill-bqija, l-mudell vera ġie tajjeb - għoġobni tassew :) --Roderick Mallia 08:53, 20 Awwissu 2008 (UTC)