Diskussjoni kategorija:Terminoloġija tal-futbol
Kont qed naħseb, aħna minflok midfielders (midfijlders?) nużaw plejers ta' nofs il-grawnd - li togħġobni. Tgħid għandna nkunu daqsxejn iktar progressivi u noħolqu terminu wieħed għal dawn il-plejers? Bħal ngħidu aħna, nofsana? L-attakkanti jattakkaw, id-difensuri jiddefendu u n-nofsana joqgħodu fin-nofs. Għandna terminu bħal Il-Lvant Nofsani (Middle East) u għaldaqstant, il-kelma nofsan m'għandiex għalfejn ma tinftiehemx. X'taħsbu? U bħq, prosit tal-artikli kalċistiċi. Ġejjin vera sbieħ :) --Roderick Mallia 11:49, 23 Awwissu 2008 (UTC)
- Naqbel li għandna nibdlu l-kelma midfielders għax dik kienet l-aktar waħda tedjanti mill-pożizzjonijiet tal-futbol. Idea tajba tal-kelma nofsana. Jien togħġobni. X'taħseb dwar kelma ċentrukampist? Kelma mit-Taljan imma forsi ma narawhiex bħala waħda tajba. X'taħseb? Chrisportelli 12:52, 23 Awwissu 2008 (UTC)
Ċentrukampist mhux kerha imma ħadd ma jagħmel użu minna u sintendi mhux kelma maltija. Kulħadd jgħid midfielder jew inkella plejers ta' nofs il-grawnd. Plejers nofsana ma togħġobniex anqas. --Gian 15:32, 23 Awwissu 2008 (UTC)
It-Taljani jużaw centrocampista għax ġejja minn centro u campo. Aħna il-kelma kamp qatt ma nużawha f'kuntest ta' futbol u għaldqastant, biex inkunu qed nassumu li min jaqraha jaf it-Taljan u jaf kif tingħad il-kelma fit-Taljan. U naħseb li m'għandniex nibbażaw wisq fuq il-lingwi l-oħra meta nistgħu ninqdew b'tagħna f'tagħna. L-iktar l-iktar, nistgħu ngħidu iċ-ċentrali. Gian huwa minnu li kulħadd juża midfielder, imma kulħadd juża wkoll issejvja per eżempju, u int kont l-ewwel wieħed li ħriġt kontriha għax kerha. Allura għalfejn ma nagħmlux sforz u nużaw xi ħaġa li (1) hija iktar Maltija; (2) tinftiehem xorta waħda? Għax imbagħad inutli noqgħodu ngorru u nippruvaw nevitaw kliem bħal midfijld, midfijlder, eċċ. Jiena tal-idea li kliem hekk niskartawh u nużaw xi ħaġa li tolqot iż-żewġ kriterji li ġa semmejt, fejn hu possibbli u prattiku, ovvjament. --Roderick Mallia 16:10, 23 Awwissu 2008 (UTC)
- Jien għalija nofsani u ċentrali t-tnejn li huma jolqtuni. Irridu niċċekjaw liema l-aktar jaqdu l-funzjon tal-kelma midfield l-aħjar. Irridu nippruvaw nużaw iż-żewġ kelmiet f'kuntest ta' sentenza:
- Ġanni hu plejer nofsani / Ġanni hu plejer ċentrali
- Ħafna jħobbu jilgħabu fil-pożizzjoni tan-nofs/nofs il-grawnd / Ħafna jħobbu jilgħabu fil-pożizzjoni ċentrali.
- Tidher li ċentrali hi l-aktar ċara, għalkemm nofsani wkoll mhux kerha. Irridu nsibu kemm in-nom u anki l-verb għall-kelma. Però bħalissa nippreferi ċentrali, hekk jew b'hekk jużawha t-Taljani wkoll (centrale). Chrisportelli 16:26, 23 Awwissu 2008 (UTC)
- Ġanni hu plejer ċentrali taf toħloq tikka ambigwità, fis-sens li taf tinftiehem bħala Ġanni huwa plejer importanti għat-tim. Fin-nofs u fiċ-ċentru ma jfissrux l-istess ħaġa. --Roderick Mallia 16:37, 23 Awwissu 2008 (UTC)
Din id-diskussjoni daqsxejn akkademika għax ħadd m'hu se jimxi magħna, imma nagħti suġġeriment ieħor:ċentrist. Leli Forte 10:43, 7 Jannar 2009 (UTC)
Tweġiba għal-mistoqsija tiegħek
immodifikaFil-futbol jien kważi xejn ma nifhem. Però nikkumenta ftit fuq linja ta' ħsieb. Interessanti il-kumment: għalfejn ma nagħmlux sforz u nużaw xi ħaġa li [...] hija iktar Maltija...
Allura x'inhuma ir-referenżi/kriterji f'dan L'isforz? Xi tfisser aktar Maltija?
Il-futbol daħal Malta ma l-Ingliżi u sal-bidu tat-80ijiet kienu jintużaw it-termini Inġliżi miktubin eżatt bħal-Ingliż. F'dan il-qasam hemm tradizzjoni lokali twila fl-użu tal-kliem Ingliż fejn ftit ftit, dan, mitkellem b'pronunċja influwenzata mil-fonologija (is-sistema tal-ħsejjes) Maltija, qabad sew.
Allura, jekk inħarsu lejn soluzzjoni minn dan l-aspett biss, tgħamel sens wkoll li tuża il-fonetika Maltija biex dan il-kliem jiġi inkorporat fil-lingwa.
Mingħajr ma trid tibda wkoll tfittex hemx xi aspetti tal-kunċett mħaddna fi-kliem eżistenti u tgħaqqad dal-kliem skond ir-regoli tal-lingwa (kif għamilt int b' ċentrugrawndist). Idejalment issib kliem li jtik stampa ħajja u qawwija tal-kunċett u fl-istess ħin li jgħoqod sew fis-sistema tal-ħsejjes. Ħafna drabi, kliem ta' oriġini semitiku jaqdi l'aħjar dawn il-ħtiġijiet u aktar min hekk, spiss iħaddan metafori sbieħ u qawwija.
Mindaqshekk trid tistaqsi; Min fejn deħlin u f'liema lingwa nghixuhom il-kuncetti? Mit-80ijiet l'hawn il-futbol il-maltin n'assumi li jgħixuħ wkoll il-biċċa sew mil-medja Taljani u ħafna kunċetti u diskurs jiġu mgħoddijn mil-lingwa Taljana. Barra min hekk, il-Maltin huma sa ċertu punt trilingwi u it-Taljan issa jgħixuħ aktar mill-ingliż. Li rrid ngħid hu li dawn l'asspetti kollha trid tiżinhom.
Dawn is-suġġerimenti kollha narhom validi:
- plejer fil-pożizzjoni tan-nofs
- ċentrukampist
- midfijlder
Għal-xi raġuni b' plejer nofsani inħoss li jidħol aspett ta' disprezz għal-ħila. Għal-kuntrarju b' nofsana dan il-kunflitt għalija ma jinħassx. Pero x'tgħamel bis-singular?--Joelemaltais 21:14, 4 Jannar 2009 (UTC)
- Nirringrazzjak tar-risposta kemmxejn dettaljata. Skont tfittxija li għamilt fuq Google sibt li tintuża' wkoll il-kelma midfilder [1] u li naħseb hi ħafna aħjar milli nużaw midfijlder. Rajt ukoll fajl interessanti tal-Kunsill tal-Malti fuq dawn it-termini Anglosassoni [2] (midfilder tidħol f'paġna 14). Naħseb jien ma tkunx idea ħażina li nadottaw dan it-terminu, anke minħabba l-użu li l-istampa Maltija tagħmel bih. Grazzi mill-ġdid u s-sena u l-ħidma t-tajba lilek ukoll ;) Chrisportelli (d) 06:37, 5 Jannar 2009 (UTC)