Diskussjoni Wikipedija:Wikipedia 20

Latest comment: 3 snin ilu by ToniSant in topic L-Arti vs Arti

Glossarji immodifika

Waħda mill-ideat marbuta ma' din il-kampanija hija li jinġabru wkoll glossarji. Għal daqstant tajjeb li nħarrsu lejn dawn il-paġni dwar hekk:

L-Arti vs Arti immodifika

Fil-Wikipedia bl-Ingliż kif ukoll f'Wikidata hemm differenza bejn The Arts u Art. Fil-Malti dan jeżisti wkoll, imma mhux fuq il-Wikipedija bil-Malti. L-artiklu li għandna diġà huwa dwar l-arti bħala forma espressiva/kreattivà partikolari. L-artiklu li għandna bżonn huwa dwar l-arti bħala settur/qasam kulturali ġenerali, li jinkorpora fih ferm aktar mill-arti bħala forma espressiva/kreattivà partikolari. Ħarsa lejn l-artikli bl-Ingliż turi sew id-differenza, anke għal min forsi mhux daqstant midħla tas-suġġett.

Fil-lista li tidher għal Wikipedia 20 għandna l-ħolqa tal-Wikidata li tirreferi għall-arti bħala dixxiplina akkademika mhux strettament marbuta biss mal-arti bħala espressjoni estetika partikolari. Il-ħolqa orġinali kienet mitluba f'dan is-sens: L-Arti - f'sens ġenerali. Dik li hemm issa tmur għall-artiklu eżistenti dwar l-arti bħala suġġett marbut mal-forom espressivi/kreattivi primarjament viżwali, bid-dettalji fil-Wikidata fuq Q735 flok d:Q2018526. Skont jien, għandna mmorru lura għall-artiklu (li m'għandnix) dwar L-Arti. --ToniSant (d) 16:22, 7 Frar 2021 (UTC)Wieġeb

@ToniSant: Naqbel perfettament. Din il-ġimgħa nista' nieħu ħsieb infassal l-artiklu nieqes dwar l-arti (abbażi tal-artiklu pjuttost qasir: https://en.wikipedia.org/wiki/The_arts). Dan il-weekend ħadt ħsieb ninkludi d-deskrizzjonijiet kollha bil-Malti (u xi kultant b'lingwi oħra fejn kienu neqsin) tal-lista ta' termini li ġew magħżula għall-Wikipedia 20.
@Trigcly: Grazzi ħafna u prosit tassew! --ToniSant (d) 09:26, 8 Frar 2021 (UTC)Wieġeb
Return to the project page "Wikipedia 20".