Diskussjoni:YouTube
Latest comment: 15-il sena ilu by Chrisportelli
inapproprjat --> mhux xieraq
Leli Forte (d) 10:52, 12 Awwissu 2009 (UTC)
- X'inhu eżatt il-kumment tiegħek, għax ma nistax nifhem eżatt? —Chrisportelli (d) 11:11, 12 Awwissu 2009 (UTC)
Suggeriment li minflok "kontenut inapproprjat" forsi aħjar "kontenut mhux xieraq"
Awguri
Leli Forte (d) 11:22, 12 Awwissu 2009 (UTC)
"On line": Bil-Franċiż "En ligne", bl-iSpanjol "En linea", għaliex bil-Malti mhux "Fuq il-linja"?
Leli Forte (d) 21:34, 16 Awwissu 2009 (UTC)
- Naħseb jien aħjar inħalluha online. Fuq il-linja bil-Malti ma tagħmilx sens. Li nagħmlu traduzzjoni kelma b'kelma jew li nsibuha sostitut tal-kelma bil-Malti mhix tqila kieku, imma trid tara kif tiġi fil-kuntest u kemm se tinftiehem. Ma narax li 'fuq il-linja' tista' tagħti tifsira tajba tal-kelma. —Chrisportelli (d) 08:25, 17 Awwissu 2009 (UTC)
Għaliex "On line", "En ligne", "En linea", jagħmlu sens u "Fuq il-linja" ma tagħmilx sens?
Leli Forte (d) 09:39, 17 Awwissu 2009 (UTC)
- Irridu nagħmlu distinzjoni bejn on line u online. Naqbel li l-ewwel waħda tiġi "fuq il-linja" imma l-aħħar waħda hi terminoloġija speċifika tal-internet li ma tagħmilx sens [għalina l-Maltin] li nbiddluha għal "fuq il-linja". Naf li għandna nagħmlu sforz biex innaqsu kliem imsellef mill-Ingliż, però diffiċli ssib kliem li barra li jkopru s-sinjifikat tagħhom ikunu jinftiehmu mill-poplu in ġenerali wkoll. —Chrisportelli (d) 10:38, 17 Awwissu 2009 (UTC)