Diskussjoni:Ta' Sannat

(Rindirizzat minn Diskussjoni:Sannat)
Latest comment: xahar ilu by ToniSant in topic għala qed jintuża l-isem Sannat?

għala qed jintuża l-isem Sannat?

immodifika

Ma jagħmilx wisq sens li jintuża l-isem Sannat.

L-isem huwa Ta' Sannat. Dan huwa l-isem kif jgħiduh l-Għawdxin u, jekk dan mhux biżżejjed, huwa l-isem skont il-liġi.

Morru waħda Ta' Sannat u hemm TA' SANNAT daqsiex magħmula mill-ġebel jew irħam fid-daħla tar-raħal.

Entrati għal Tal-Pietà u Ta' Xbiex (it-tnejn bit-ta') hemm mela għala ma nistgħux nużaw Ta' Sannat hawn?

U lanqas li kieku jiġi ppreferut l-isem kif jingħad minn ħafna Maltin: il-Maltin is-Sannat jgħidu u mhux Sannat biss. IsaacBTTF (d) 11:36, 29 Settembru 2024 (UTC)Wieġeb

l-iktar l-iktar inżidu nota ħdejn l-isem proprju li tgħid li spiss jingħad Is-Sannat flok Ta' Sannat IsaacBTTF (d) 11:38, 29 Settembru 2024 (UTC)Wieġeb
Punt tajjeb dan, @IsaacBTTF. Għandna bżonn inżommu f'moħħna żewġ affarijiet rigward kif taħdem il-Wikipedija: (1) l-artikli li jridu mhux biss ikunu preċiżi iżda wkoll aċċessibli, jiġifieri li meta xi ħadd ifittex għal Sannat isib dan l-artiklu avolja dak mhux l-isem uffiċjali, u (2) tajjeb dejjem li jkollna referenza ta' sors verifikabbli meta nagħmlu asserzjoni dwar xi punt jew ieħor. F'dan il-każ mhux qed ngħidu li m'għandux jintuża l-isem uffiċjali Ta' Sannat iżda li m'għandhomx jinkisru anqas il-ħoloq li jeżistu diġa għal Sannat fuq artikli oħra u wisq anqas m'għadnu jitla' ebda riżultat jekk xi ħadd ifittex biss għal Sannat. Grazzi. -- ToniSant (d) 12:16, 29 Settembru 2024 (UTC)Wieġeb
Inċidentalment, jiena ħloqt rindirizz biex jieħu ħsieb din il-biċċa kollha dwar Ta' Sannat u Is-Sannat jew Sannat. Dan każ simili għal ta' Sliema u Tas-Sliema. -- ToniSant (d) 12:23, 29 Settembru 2024 (UTC)Wieġeb
@ToniSant grazzi ħafna. Dan ifisser li jekk f'artiklu ieħor isem dar-raħal huwa mniżżel bħala 'Samnat' jew 'Is-Sannat', il-ħolqa xorta taħdem u tieħdok hawn?
għandi bżonn infittex kif nagħmel rindirizz mela. grazzi.
skużani ħa nkompli neqred dwarha :p innutajt li xorta inkludejt il-kelma 'Sannat' waħidha bla artiklu fl-artiklu. jekk għamilt rindirizz li jsolvi l-problema tal-ħolqiet imkissrin, għad hemm punt li ninkludu 'Sannat'?
"magħruf ukoll bħala Sannat jew Is-Sannat"
Għax xorta mhuwiex veru li huwa magħruf ukoll bħala 'Sannat'.
Jien letteralment QATT ma smajt lil xi ħadd jgħid "Sejjer sa Sannat". Dejjem "Sejjer sas-Sannat" jew "Sejjer sa Ta' Sannat" smajt.
iva, forsi t-turisti jgħidu 'Sannat' imma din il-Wikipedija Maltija, mhux hekk? l-inklużjoni ta' 'Sannat' hija ekwivalenti għal jiena ninkludi dan fl-artiklu tal-Imdina: "L-Imdina, magħrufa wkol bħala Mdina".
qed tifhimni? IsaacBTTF (d) 21:37, 29 Settembru 2024 (UTC)Wieġeb
@ToniSant grazzi tar-risposta @ToniSant.
1) mhix problema imma jekk bniedem ifittex Sannat waqt li l-artiklu jismu Ta' Sannat suppost mhux xorta għandu jitlaagħlu la l-kelma li fittex qiegħda fl-isem tal-artiklu?
2) għandek raġun. skużani. darb'oħra nitfa' ħolqa li turi s-sors tal-informazzjoni (bħalma kont għamilt fl-artiklu ta' Għajn Tuffieħa). Fuq il-mobile, għal xi raġuni, mhux qed iħallini imma. Nipprova għada fuq il-PC. IsaacBTTF (d) 21:28, 29 Settembru 2024 (UTC)Wieġeb
@IsaacBTTF suppost li r-rindirizz ta' din lest. Ma jsirx l-artiklu definit qabel l-isem, pero jsir biss bil-varjant, fl-isem propju tal-artiklu. Jiġifieri f'dan il-każ jiġi Sannat u Ta' Sannat, b'dan tal-aħħar bħala l-isem propja tal-artiklu. Rindirizz mhux diffiċli jsir, u darb' oħra nurik kif isir flok naqbad u nagħmlu. Skużani! :) -- ToniSant (d) 11:23, 30 Settembru 2024 (UTC)Wieġeb
Return to "Ta' Sannat" page.