Diskussjoni:Olanda
Ikun aħjar li kieku mmexxu din il-paġna għal oħra bl-isem "Pajjiżi Baxxi" x'taħsbu?--Rmjd (d) 23:09, 5 Mejju 2009 (UTC)
- Għall-użu komuni għal dan il-pajjiż, aħna l-Malti nużaw Olanda. Naf li forsi dan mhuwiex l-ekwivalenti għal Netherlands bl-Ingliż imma għal Holland, però jien qatt ma smajt jingħad "Pajjiżi Baxxi". Anki din il-ħolqa tissuġġerixxi hekk. —Chrisportelli (d) 05:33, 6 Mejju 2009 (UTC)
Il-Pajjiżi Baxxi jew il-Pajjiżi l-Baxxi bħal il-Baħar l-Aħmar? Leli Forte (d) 13:48, 1 Ġunju 2011 (UTC)
- Il-Pajjiżi Baxxi hi l-verżjoni korretta. —Chrisportelli (d) 14:01, 1 Ġunju 2011 (UTC)
Għaliex? Leli Forte (d) 14:11, 1 Ġunju 2011 (UTC)
Għażiż Chris Portelli, Iddispjaċieni li ma stennejtx ir-risposta tiegħi dwar l-isem ta' dan l-artiklu qabel bdieltu.
Is sitwazzjoni fil-Malti mhux differenti ħafna minn fl-Ingliż u fit-Taljan u forsi fil-Franċiż. Bl-Ingliż kullħadd jirreferi għall-pajjiż bħala Holland imma l-isem uffiċjali hu The Netherlands. L-istess bit-Taljan kulħadd jgħid Olanda imma l-isem uffiċjali hu Paesi Bassi.
L-unika differenza hi li hemm dokumenti tal-gvern li jużaw l-Olanda bħala isem tal-pajjiż. Dan ma jiġġustifikax l-isem, imma sempliċiment juri l-injoranza ta' dawk li jiktbu dawn id-dokumenti. Jien jidhirli li enċiklopedija min-natura tagħha għandha tkun iżjed xjentifika fl-għażla tal-kliem.
Malti Semplici (d) 09:45, 16 Ġunju 2011 (UTC)
Issa sibt li ma nistgħax inkompli nikkontribwixxi għal dan l-artiklu! Dittatorjat? Malti Semplici (d) 09:51, 16 Ġunju 2011 (UTC)
- Il-blokk fuq il-paġna hu biex l-artiklu ma jibqax jitmexxa. Ġaladarba tinstab soluzzjoni, dan jiġi żblokkat. L-għan wara l-blokk li għamilt kien minħabba li t-titlu tal-artiklu kien qed jitbiddel kontinwament. Għandna bżonn isem stabbli. L-Ingliżi u t-Taljani jużaw b'maġġoranza (sa fejn naf jien) Netherlands u Paesi Bassi rispettivament. Fil-każ ta' Malta, għandna npoġġu fil-perspettiva l-użu taż-żewġ ismijiet fil-Malti. Il-probabbilità hi li l-maġġoranza li se jfittxu, se jfittxu taħt "Olanda" u mhux taħt "Pajjiżi Baxxi" li d-diffużjoni ta' din il-kelma huwa kemmxejn baxx. Nipprova nikseb għajnuna ħabba din il-kwistjoni. —Chrisportelli (d) 19:40, 16 Ġunju 2011 (UTC)
Jien nissuġġerixxi li nneħħu l-blokk ħalli Malti Semplici jkun jista' jkompli jikkontribwixxi u fl-istess ħin niftehmu li l-isem ma jerġgħax jinbidel sakemm Chisportelli jikseb l-għajnuna meħtieġa. Awguri lit-tejn. Leli Forte (d) 19:53, 16 Ġunju 2011 (UTC)
- Saqsejt mistoqsija fuq kelmet li minnha ħarġu diversi spunti interessanti. Mexxejt l-artiklu mill-ġdid għal Pajjiżi l-Baxxi. Fl-opinjoni tiegħi, it-titlu Olanda għandu jservi ta' rindirizz lejn din il-paġna għax naf fiċ-ċert li l-Maltin li jridu jfittxu għall-pajjiż se jfittxu Olanda. Għall-artiklu dwar ir-reġjun li jġib l-istess isem, dak noħolqu artiklu taħt l-isem Olanda (reġjun). Skużawni tal-miżuri preċedenti tiegħi li forsi dehru kemmxejn "aggressivi" però dan wassal biex ikollna diskussjoni iktar tajba u noħorġu b'soluzzjoni adegwata. Erġajt żblokkajt il-paġna għall-modifiki. —Chrisportelli (d) 11:47, 17 Ġunju 2011 (UTC)
Għażiż Chris Portelli, Grazzi għall-interess u xogħol li ħadt. Skużani jekk kont naqra insolenti. Malti Semplici (d) 11:55, 17 Ġunju 2011 (UTC)