Diskussjoni:Oħrid
Latest comment: 2 snin ilu by ToniSant in topic Oħrid jew Ohrid?
Oħrid jew Ohrid?
immodifikaJien ħloqt dan l-artiklu bħala Oħrid, b'rindirizz minn Ohrid. Ma nafx hux tajjeb l-isem hekk bil-Malti. Jidhirli li ihekk għandu jkun, la darba ngħidu Bożnija u Ħerzegovina, anke jekk Oħriid huwa fil-Maċedonja ta' Fuq. X'taħseb @Trigcly? -- ToniSant (d) 16:04, 17 Ottubru 2022 (UTC)
- Naħseb tajjeb kif għamilt inti biex tinstab dejjem ikun xi jkun il-varjant użat. Ġeneralment, l-ismijiet tal-bliet (ħlief dawk l-iktar qrib Malta jew li jissemmew ta' spiss eżempju fil-Bibbja) jinkitbu spiss bl-Ingliż għax hekk indraw l-iktar (eż. Copenhagen, Ohio, eċċ.) sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni politika uffiċjali fil-livell nazzjonali u/jew Ewropew. Ohrid fl-artiklu dwar ir-riżerva li kont għamilt jien kont ħallejtha Ohrid għax teknikament naf li lokalment tippronunzjaha Okrid mhux Oħrid, iżda fil-maġġoranza tal-każijiet nużaw trażlitterazzjoni mill-Ingliż jew xi kultant mit-Taljan (eż. Amburgu, Anversa, Varsavja, eċċ.). Trigcly (d) 16:38, 17 Ottubru 2022 (UTC)
- Grazzi. Tajjeb. Għadni ġej minn Oħrid, u nista' ngħidlek li s-sindku u nies oħra tal-lokal, Oħrid jgħidu donnhom u mhux Okrid. Forsii għax kienu qed jitkellmu bl-Ingliż? Insomma, inħalluha hekk mela bil-varjant u r-rindirizz. -- ToniSant (d) 17:47, 17 Ottubru 2022 (UTC)