Diskussjoni:Mikiel Anton Vassalli

Latest comment: 19-il sena ilu by Roderick Mallia in topic Traduzzjoni

Ghaziz Roderick, Jiena nirringarzzjak ta dak li ghedtli, iva ghalhekk xtaqt nikteb fuq Vassalli! Imma sewwa ghedtli int li ghandi naghmlu fi kliemi tieghi. Nixtieq nitolbok daqxejn ghajnuna, biex inzied ir-ritratti mal-artikli x'ghandi naghmel? Barra minn hekk nixtieq naghmel werrej li jillinkja mal-artikli bhalma huma fil-verzjonijiet tal-ilsna l-ohra! Ezempju Astronomija, l-ewwel nghid xi haga in generali u wara imbaghad ikun hemm is-sezzjoniniet.

Hajr Aldo Fenech!

Għażiż Aldo,

dan L'artiklu huwa kwazi identiku ma dak li int tajt ir-referenza tiegħu. Huwa importanti li ma tissotemettix xogħol li huwa kopert mid-drittijiet ta' l-awtur (COPYRIGHT - ©) mingħajr il-permess ta' l-awtur stess.

Artiklu fuq Mikiel Anton Vassalli huwa meħtieġ għaliex huwa persuna bi rwol importanti għall l'identità kulturali Maltija. Madankollu, kull- xogħol iridi ikun taħt liċenzja ħielsa, jigifieri jekk l'awtur itik permess li tuża xogħolu trid tinfurmah li hu qiegħed jitlef id-drittijiet esklussivi fuq dan ix-xogħol.

Jekk huwa ma jagħtikx dan il-permess, ikollhok tipprova issib sorsi differenti jew tagħmel summary ta' l-artiklu. Tista tkun ċert li fi-żmien qasir jigi komplut mill-komunità.

Insellimlek --Joelemaltais 18:20, 31 Lulju 2005 (UTC) :))Wieġeb

Iva naf li huwa identiku, imma ħassejtha xierqa li jkun hemm xi ħaġa miktuba dwar dan ir-raġel kbir. Filkaż nagħmel taqsira tal-artiklu, iżda jien għalehkk ktieb is-sors! biex ma jkunx daqsli kieku ktibha jien!

Aldo Fench

Għażiż Aldo,

L-ewwel nett xtaqt nieħu din l-opportunità biex nagħtik merħba fil-Wikipedija. Dan l-aħħar qed inkun imħabbat mhux ħażin bix-xogħol u allura ma kellix ċans - nitolbok tiskużani. Infatti naħseb innutajtu ukoll li l-kontribuzzjonijiet naqsu ukoll...

Il-fatt li int niżżilt il-fonti ta' l-artiklu ma jfissirx li int ma ksirtx il-liġi tal-copyright. Il-fatt jibqa' li l-artiklu kollu kemm hu, ġie kkupjat kelma b' kelma mingħajr il-permess ta' l-awtur. Nifhem li Mikiel Anton Vassalli ħaqqu artiklu estensiv b'turija ta' rispett għar-rwol importanti tiegħu fit-tisħiħ u t-tixrid tal-lingwa Maltija. Jien li kieku minnek, għalissa naqbad l-artiklu u ndawwru fi kliemi. Ovvjament, iżżomm l-informazzjoni essenzjali bħad-dati u hekk. Xorta waħda tkun trid turi l-fonti ta' l-informazzjoni. Hekk jew b'hekk l-artiklu mhux twil ħafna u allura mhux suppost li ħa tkun xi ħaġa diffiċli. Imbagħad, la jkollok ċans agħmel naqra riċerka sew u ikteb l-artiklu int mill-ġdid.

Jiena minn naħa tiegħi, li nista' nagħmel huwa li nikteb artiklu tajjeb rigward id-drittijiet ta' l-awtur ħalli b'hekk min ikollu xi dubju, ikun jista' jirreferi għalih u jiffranka ħafna problemi, kemm għalih u kemm għalina li nieħdu ħsieb il-Wikipedija. Jekk hemm xi ħadd imħajjar jagħtini daqqa t'id jista' f'din il-biċċa xogħol tal-copyright, inħeġġu jħalli messaġġ hawn.

Qabel immur (għax daqt xogħol) nixtieq ngħidlek prosit tal-kontribuzzjonijiet li qed tagħmel u nħeġġek tkompli tgħinna inkabbru l-Wikipedija (u forsi tħajjar iktar nies interessati li jagħtu daqqa t'id f'dan il-proġett). Grazzi ħafna.

Is-Sliem,

--Roderick Mallia 03:39, 3 Awissu 2005 (UTC)


  • Huwa kiteb l-alfabet Malti fuq ktejjeb ta’ erbgħa u għoxrin faċċata li kien stampat fl-istamperija ta’ Antonio Fulgoni, ġewwa Ruma fl-1790. Dan ix-xoghol, "Myslen" kien fih spjegazzjoni fil-Malti imma bit-Taljan.
IMHO both these sentences do not make sense.
  • Vassalli issugerixxa lil Ordni ta’ San Gwann, li, biex Malta jkollha livell ta' ħajja ogħli għandhom jistmaw lill-Maltin u lill-viżitaturi ta’ dawn il-gżejjer l-istess. Dan is-suġġeriment kellu risposta kiefra ħafna, u l-Ordni ikkonsidra lil Vassalli bħala rivoluzzjonarju u persuna li kien ta' periklu għall-istabilta tal-pajjiż. Għalhekk, ...
If there is some basis behind this argument it should be elaborated. As it were, the relationship between standard of living and respect of the individual can, at best, only be explained via very sophisticated philosophy ... and that would be a subject of it's own :P
  • "Vassalli spiċċa ċċensurat mill-Ordni."
If my feeling of Maltese has not abondoned me completely... spicca is very colloquial ..

cheers --joelemaltais\talk 09:54, 23 Awissu 2005 (UTC)




Traduzzjoni

immodifika

Rigward:

"professur tal-Malti bl-għajnuna ta' John Hookman, li wkoll għenu sabiex jippublikka xi xogħlijiet min tiegħu u jaqleb il-Bibbja għall-Malti."

Sa fejn naf jien Vassalli qaleb l-erba' Vanġeli mhux il-Bibbja kollha għall-Malti. Ta' min jivverifikaha din. --Ferdinand 18:47, 18 Settembru 2005 (UTC)Wieġeb

Mhux ser inmerik. L-artiklu ma ktibtux jien u allura ma nafx eżatt il-fonti ta' l-informazzjoni. --Roderick Mallia 19:13, 18 Settembru 2005 (UTC)Wieġeb

Return to "Mikiel Anton Vassalli" page.