Diskussjoni:Martin Heidegger

Latest comment: 15-il sena ilu by Chrisportelli

Għandi diffikulta kif ħa nittraduċi "Zeit" mill-Ġermaniż għall-Malti. It-titlu komplut hu "Sein und Zeit", li bl-Ingliż it-traduzzjoni kienet għal "Being and Time", u bit-Taljan "Essere e Tempo".

Bil-Malti, l-eqreb li sibt għal "Sein" hi "Essri" (dizzjunarju ta' Mario Serracino Inglott), imma għal "Zeit" għandi diffikulta bejn "Ħin" u "Żmien". "Ħin" tinħass wisq immedjata u qsajra, filwaqt li "Żmien" ma tirriflettix biżżejjed ammonti żgħar ta' ħin.

Nota: "Temp" m'hijiex għażla, għax tfisser xi ħaġa oħra bil-Malti (weather) ;)

Rainwaterfall | Adrian Camilleri - 19 ta' Frar 2009

Jien nara li "żmien" hi l-kelma l-iktar addatata għall-iskopijiet ta' dan it-traduzzjoni. "Ħin" hi kemmxejn astratta bħala terminu; fl-aħħar mill-aħħar anki "Tempo" bit-Taljan taf tfisser żmien twil. Chrisportelli (d) 20:36, 19 Frar 2009 (UTC)Wieġeb
Return to "Martin Heidegger" page.