Diskussjoni:Marokkini

Latest comment: 2 xhur ilu by Trigcly in topic Għarabizzazzjoni jew Arabizzazzjoni

Għarabizzazzjoni jew Arabizzazzjoni immodifika

@SidAlmoħadMuwaħħid (u anke @Trigcly) ridt nistaqsi jekk għandnix niktbu Għarabizzazzjoni jew Arabizzazzjoni. Skont jien bl-"għ" għandha tkun il-kelma. Jaf hemm verżjoni anke aħjar milli qed nipproponi jien. Sinċerament, ma nafx. -- ToniSant (d) 11:23, 17 Frar 2024 (UTC)Wieġeb

Ladarba qed nassumi tirreferi għall-wasla tal-kultura Għarbija nissuġġerixxi Għarabizzazzjoni. Mentri kieku tirreferi għall-Peniżola tal-Arabja (fosthom l-Arabja Sawdija) dik tiġi spelluta mingħajr l-għ, x'aktarx għax tnisslet mit-Taljan għall-Malti iktar milli mill-Għarbi. Trigcly (d) 11:56, 17 Frar 2024 (UTC)Wieġeb
@Trigcly għandek raġun, bażikament ir-regoli grammatika Rumanza hija tintuża għal kliem tnisslet mit-Taljan, u l-istess għal kliem tnisslet mill-Għarbi. F'dan il-każ il-kelma "Arabization" bil-Malti tista' tkun jew tagħrib (mill-Għarbi, nom verbali ta' għarrab, "to arabize") jew Arabizzazzjoni (mit-Taljan). Il-kelma Għarbija tista' tintuża biex tirreferu kollox relatati mal-aġġettiv "Arab" tinkludi lokazzjoni ġeografika u eċċ, u Arabja hija tirreferu għar-reġjun jew peniżola speċifika. Allura nemmen li "Peniżola Għarbija" (bl-Għarbi: Ġażīra l-Għarabija) jew "Peniżola tal-Arabja" huma ok biex jintużaw, madankollu Għarabja m'hux ok, għaliex Għarab huwa l-plural ta' Għarbi, hekk ma jistax ikollu "-ja" għaliex huwa singular. SAM (d) 14:27, 17 Frar 2024 (UTC)Wieġeb
F'idejk mela @ToniSant. Jew terġa' tibdel Għarabizzazzjoni għal Arabizzazzjoni jew tuża tagħrib. Trigcly (d) 14:40, 17 Frar 2024 (UTC)Wieġeb
Return to "Marokkini" page.