Diskussjoni:Malta
Jien neħħejt "Imġarr Għawdex" mill-lista għax m'hix Kunsill Lokali, u żidt ġiex links. MaltaGirl (ħlaqt kont imma għal xi raġun Wikipedia qed tgħid li ma jeżistix!) 1 t'April, 13:49.
- Grazzi mela. L-Imġarr Għawdex kont żidtha jien, imma għall-mument ma kontx tajt każ li din lista ta' Kunsilli Lokali u mhux sempliċiment lista t'irħula. --Wizgha 11:50, 1 Apr 2005 (UTC)
http://mt.wikipedia.org/wiki/Special:Recentchanges Recent changes
Prosit ħafna nies. Il-paġna qiegħda tieħu l-forma. Issa kif qed taraw, jien qassamt din il-paġna f'sezzjonijiet fosthom politika, storja, ġeografija, kultura, eċċ. Nipproponi li kulħadd jieħu sezzjoni taħt idejh u naħdmu fuqha esklussivament. Dejjem aħjar milli nintilfu kollha fuq l-istess ħaġa. U fl-istess ħin, ir-riċerka tagħna tkun iċċentrata fuq suġġett partikolari biss milli fuq mija. Ovvjament, kull min ikun jixtieq iżid xi ħaġa f'sezzjoni li mhux tiegħu ikollu ċans, imma naħseb għalissa l-ewwel priorità għandha tkun li ikollna bażi fuq xiex naħdmu f'kull sezzjoni. Din il-bażi tista' tkun traduzzjoni tajba tal-istess sezzjoni fuq xi verżjoni tal-Wikipedia b'lingwa oħra, bħal ngħidu aħna, il-verżjoni tal-Wikipedia bl-Ingliż. X'taħsbu fuq din il-proposta? Saħħiet --Roderick Mallia 11:59, 2 Apr 2005 (UTC)
- It-traduzzjoni għalissa hi l-aħjar bidu. -- Wizgha 12:44, 2 Apr 2005 (UTC)
- Jien ukoll bdejt naħseb li aħjar nibdew nimxu fuq artikli diġa' miktubin minflok "naħlu" wisq enerġija u ħin billi naħdmu from scratch. Indunajt li int bdejt tagħmel hekk :-) Idea tajba li kull persuna tieħu sezzjoni, imma ovviament ma jfissirx li ma nistgħux neditjaw ta' xulxin - billi qed nieħu ħsieb artiklu, ma jfissirx li għandi xi drittijiet fuqha, hekk qed nipprova ngħid :-) Imma naħseb li tajjeb li nieħduha bħala drawwa li jekk inneħħu xi ħaġa minn sezzjoni/artiklu ta' ħaddieħor, imqar ngħidu għalfejn fuq id-"discussion page", ħalli nistgħu niddiskutuha jekk xi ħadd ma jaqbilx jew għandu informazzjoni differenti, bħal m'għamilna dwar il-"King" George Cross :-) Prosit ukoll lilkom! MaltaGirl 12:47, 2 Apr 2005 (UTC)
- Aħseb u ara kemm domt biex ktibt l-ewwel versjoni! Qrajt dwar il-Wikipedia copyright http://en.wikipedia.org/wiki/Wikipedia:Copyrights , naħseb li għandna noqogħdu attenti li nsemmu l-artikli li nużaw bħala bażi, għalkemm xorta Wiki. MaltaGirl 13:37, 2 Apr 2005 (UTC)
Fhimtni tajjeb MaltaGirl. Ovvja li nistgħu nirranġaw ta' xulxin, anzi tkun idea tajba li jinqraw minn persuni oħra għax ċerti żbajli ma tarahomx int imma jindunaw bihom l-oħrajn. Grazzi għar-referenza rigward id-drittijiet tal-copyright. U jiena favur it-traduzzjoni tal-paġni l-oħrajn għalissa. Hekk jew b'hekk kif qal Kenneth, ħafna mill-affarjiet diġa' qiegħdin hemm. Għalkhemm ser ikollna wkoll l-unur li niktbu paġni ġodda aħna ukoll jiġifieri tinkwietawx fuq hekk :) Allura xi ħadd jitħajjar jieħu sezzjoni partikolari?--Roderick Mallia 13:49, 2 Apr 2005 (UTC)
- M'iniex ninkwieta, lol... diġa' bdejt tnejn ġodda :-P Jien issa sejra... forsi nagħmel xi ħaġa illejla. M'għandix preferenza. L-aqwa li min ikun beda (jew ikun bi ħsiebu) jagħmel xi ħaġa partikolari jikteb hawn ġew ħalli nistgħu niċċekkjaw. MaltaGirl 14:09, 2 Apr 2005 (UTC)
Tajjeb :) Jiena wkoll sejjer nagħmel naqra xogħol u studju w niġi nkompli iktar tard. Jien forsi nieħu ħsieb is-sezzjoni tal-kultura u letteratura. U forsi nikkontribwixxi xi ħaġa fis-sezzjoni tas-saħħa u l-mediċina (ħalli ma nkunx qed nistudja mediċina għal xejn hux :P). Ħaġa oħra qabel ninsa: jekk hawn xi ħadd dilettant tal-fotografija u jista jipprovdi ritratti meħudin minnu (minħabba raġunijiet ta' copyright) għas-sit, inħeġġuh jagħmel dan. Dejjem ħallu nota ta' x'ser tkunu qed tagħmlu ħalli nżommu l-ordni. Is-sliem. --Roderick Mallia 14:23, 2 Apr 2005 (UTC)
Sezzjoni Politika vojt?? f'Malta? hehe.. -- Srl | Talk 19:40, 2 Apr 2005 (UTC)
- Haha! Int agħti naqra ċans Srl! :P --Roderick Mallia 19:53, 2 Apr 2005 (UTC)
Jien bi ħsiebni nikteb xi ħaġa fuq il-folklor Malti partikolarment l-għana u ikel tipikament Malti, kif ukoll xi ħaġa fuq nies li ħallew marka fuq il-kultura Maltija (poeti, atturi, mużiċisti, eċċ). Saħħiet --Roderick Mallia 22:01, 2 Apr 2005 (UTC)
- Nammetti li kont qtajt qalbi minn din il-paġna għax sibtha diffiċli wisq biex nagħmel traduzzjoni ta' dawk il-kliem bl-Ingliż, għax ħafna minnhom jinsabu barra mill-vokabolarju Malti tiegħi... insomma, bis-saħħa tad-dizzjunarju, għamilt xi ħaġa fis-sezzjoni tal-Ġeografija. Ukoll neħħejt id-deskrizzjoni ta' l-arċipelagu mill-introduzzjoni u poġġejtu taħt Ġeografija. MaltaGirl 13:18, 8 Apr 2005 (UTC)
Għajnuna Lingwistika
immodifikaGħandna bżonn kelma għal "Area" (ġol-kaxxa tas-statistika). Il-kelma Maltija "Arja" tfisser "Air" bl-Ingliż, għalhekk ma naħsibx li hi addattata. Suġġerimenti? MaltaGirl 09:00, 9 Apr 2005 (UTC)
Skond id-dizzjunarju ta' Psaila-Diacono, area tista' tintuża kif inhi. Kif għidt int, Arja hija ħaġa totalment differenti. Saħħiet --Roderick Mallia 09:10, 9 Apr 2005 (UTC)
Min bi ħsiebu jagħmel xi modifika fid-dati jekk jogħġobkom għalissa ħalluhom naqra kif inhuma fil-format normali tagħhom eż. 31 ta' Marzu, 1979. Fil-jiem li ġejjin ħa nkun qed naħdem fuq template għall-almanakk (li għandu jidher ukoll fil-paġna prinċipali) u b'hekk ċerti anniversarji ħa jkunu jistgħu jidru billi wieħed jikklikkja fuq id-data partikolari eż. 31 ta' Marzu Żommu f'moħħkom ukoll li l-Wikipedija mhux dwar Malta biss allura u jaf ikun hemm ħafna iktar avvenimenti storiċi relatati ma' data partikolari. Allura ma tagħmilx sens li nallokaw per eżempju l-1 ta' Mejju 2005 ma' l-espansjoni ta' l-Unjoni Ewropea biss. Mill-bqija, komplu sejrin hekk nies għax l-ammont ta' artikli qed jitla' b'mod straordinarju.
Fuq nota sekondarja: illejla ħa npoġġi biċċa oħra mill-artiklu dwar Mintoff. Jekk Alla jrid inkun lestejtu sa l-aħħar tal-ġimgħa. Naf li ġej bit-tul imma x-xogħol mhux qed iħallili wisq ħin. Imma nwiegħdkhom li nagħmel l-ħajar li nista'
Is-Sliem,
--Roderick Mallia 17:06, 9 Awissu 2005 (UTC)
New Malta
immodifikaDan x'moviment hu? --Roderick Mallia 22:56, 21 Marzu 2006 (UTC)
aooooooo saluti da un sicilianooooo ;)
Ilsien vs. lingwa
immodifikaGħażiż utent anonimu, interess ġenwin; għalfejn hawn int tippreferi lingwa fuq ilsien? Kemm il-darba ħsibt nibdel kif għamilt int għax ħassejt li lingwa tħaddan aktar is-sens xjentifiku, oġġġettiv u ilsien dak metaforiku tal-espressjoni ta' lingwa materna. Minkejja dan, hafna darbi issib ilsna fi-żewg kuntesti. --Joelemaltais 14:48, 28 Diċembru 2008 (UTC)