Diskussjoni:Ludwig van Beethoven
Ludwig van Beethoven hu artiklu fil-Vetrina; dan l-artiklu (jew verżjoni preċedenti tiegħu) ġie identifikat bħala wieħed mill-aqwa artikli prodotti mill-komunità tal-Wikipedija. Anke jekk għandu dan l-istatus, inti tista' taġġornah u ttejbu, dejjem b'fini tajba. | |
Il-verżjoni tal-artiklu tal-31 ta' Mejju 2009 dehret fil-Paġna prinċipali tal-Wikipedija Maltija matul ix-xahar ta' Ġunju 2009. |
Diskussjoni
immodifika- daħħalaha jew daħħalha?
- Kliem bħal Mozartina, Baruni u Prinċep naħseb dawn iridu jinkitbu bl-ewwel ittra kapitali
- Fl-1796 Beethoven mar fuq dawra jagħti l-kunċerti li ħaditu minn Vjenna sa Berlin [...] — il-kelma "dawra" naraha wisq dgħajfa biex tispjega l-veru sinjifikat. Ma nafx x'nistgħu nużaw għax bil-Malti naħseb m'għandniex kelma għal tour jew kliem relatati. Forsi tûr tkun għażla tajba, però ma nafx jekk jeżistix dan l-aċċent (^) fil-Malti. —Chrisportelli (d) 05:47, 16 Mejju 2009 (UTC)
- Kemm ngħidlek li dak l-aċċent kien jeżisti fil-Malti imma issa tneħħa għal kollox.--Rmjd (d) 21:51, 18 Mejju 2009 (UTC)
Għażilt "dawra" għax ma stajtx insib kelma aħjar, però "tur" ma tantx toġgħobni lanqas. Dawn fil-lingwi l-oħra.
- Taljan: Nel 1796 Beethoven intraprese un giro di concerti
- Franċiż: Beethoven entreprend une tournée de concerts qui le mène
Saħħiet
Leli Forte (d) 10:03, 19 Mejju 2009 (UTC)
Chris
Grazzi talli qed tifli u tikkoreġi Ludwig van Beethoven. Naqbel mal-modifikazzjonijiet kważi kollha imma għandi xi dubji fuq xi wħud:
- Għalhekk jistħoqqlu t-tifħir ta' Romain Rolland meta qal:/ Għaldaqstant Romain Rolland wasal biex ifaħħru meta qal:
Suggeriment: Għaldaqstant, kien tassew jistħoqqlu t-tifħir ta' Romain Rolland meta wasal biex jgħid:
Ara
- Taljan: Egli ha meritato nei primi anni del Novecento la celebre affermazione dello scrittore e Premio Nobel Romain Rolland
- Franċiż: il a mérité cette affirmation de Romain Rolland:
- (jew Nhar il-mewt ta' Joseph II jew Nhar il-miġja ta' Leopold II)/(jew Nhar il-mewt ta' Ġużeppi II jew Nhar il-miġja ta' Leopoldu II)
Mhux aħjar inżommu l-ismijiet oriġinall Ġermaniżi Joseph u Leopold?
- durabbli/twila
"twila" dgħajfa wisq minflok "durabbli". "durevoli"?
- tqassir ta' Numru
Għaliex mhux Nu?
- "virtuoso" huwa terminu tekniku fil-mużika u m'għandux jiġi ttradott! L-stess "virtuosità"
- fl-ischerzo/fl-ischerzo. Billi scherzo hi kelma Taljana m'għandnix ngħaqqdu l-i tal-leħen magħha.
- għixien/għajxien
Busuttil jagħti "għixien"
- Il-perijodu msejjaħ Erojku/Il-perjodu tal-Erojku
"Erojku" hawn aġġettiv.
Ara
- Taljan:il periodo detto eroico
- Franċiż:la période Héroïque
Awguri
Leli Forte (d) 11:37, 18 Mejju 2009 (UTC)
- Fuq l-ismijiet tal-imperaturi u rejiet naħseb aħjar li nsibu verżjoni ta' isimhom bil-Malti bħalma użajna per eżempju għal Napuljun I, Alessandru II, etċ. F'ċerti każi fejn ma nsibux sostituti bil-Malti, naqbel li għandna nużaw l-ismijiet oriġinali, però mhux għad-detriment tal-istess ismijiet bil-Malti.
- Fil-Malti durabbli ma tantx tintuża' u naħseb f'dan il-każ twila qed isservi tajba. Kellha idea li forsi nużaw persistenti imma din tal-aħħar naraha wisq imperattiva.
- Fuq li nużaw Nu qalb l-artiklu ma narahiex bħala idea ħażina, anzi, idea tajba ħafna. Imma, ma nissuġġerixix din l-abrevjazzjoni għal isem ta' artiklu (jiġifieri meta nkunu se nagħmlu ħolqa għal paġna oħra) — jew nużaw n. jew nu.. L-aħħar waħda naraha aħjar.
- Fuq virtuż, ninsab f'dilemma jekk għandniex nużaw virtuoso jew virtuż. Ipproponejt l-aħħar waħda għax x'ħin iċċekjajt virtuoso fuq il-wiki Ingliża, rajt li diversi lingwi ma jużawx din il-kelma, u forsi jkun aħjar li nadottaw kelma għalina bil-Malti. La teżisti virtuż bil-Malti, u li tagħti tifsira wkoll għall-mużika, nużawha hux. Dan ma jfissirx li fil-ktiba tagħna nevitaw li nsemmu virtuoso.
- Fuq għixien, jien minn dejjem rajtha għajxien... fil-każ insaqsu lil Rmjd.
- F'dik il-parti Erojku hu referenza għas-sinfonija numru 3 li Beethoven kiteb; għalhekk trid tibqa' "tal-Erojku". —Chrisportelli (d) 13:53, 18 Mejju 2009 (UTC)
Ħa nikkummenta xi ftit fuq il-punti li għamiltu hawn:
- Naqbel perfettament li l-ismijiet tal-imperaturi u rejiet jinkitbu bil-Malti, din m'għandhiex tkun biċċa xogħol kbira peress li ssoltu naqbdu l-isem Taljan u naddattawh għall-Malti jekk ma jkunx jeżisti jew ma jkunx komuni bil-Malti.
- Flok "durabbli" tista' forsi tgħid "dejjiema" jew "li tibqa'"?
- Jiena f'testi Maltin it-taqsira ta' "numru" dejjem rajtha miktuba "nru.", naħseb qatt ma rajtha "nu." jew "n." (sibt dan l-eżempju http://www.doi.gov.mt/en/legalnotices/2009/03/LN73.pdf)
- Naħseb li l-kelma "virtuoso" daħlet f'bosta lingwi u toħroġ is-sens kollhu tat-tifsira tagħha.
- Aquilina jagħti "għajxien", u dejjem hekk rajtha wkoll infatti.
Nispera li għint b'xi mod :) --Rmjd (d) 15:13, 18 Mejju 2009 (UTC)
- Grazzi Rmjd. Leli Forte (d) 15:35, 18 Mejju 2009 (UTC)
Naqbel ma' Rmjd li nużaw "nru." u nħallu "virtuoso" Leli Forte (d) 10:07, 19 Mejju 2009 (UTC)
- Diffikultajiet oħra:
- Taħsbu li għandna nużaw Renanja minflok Rhineland. La nużaw Renu, m'għandniex nara għala m'għandniex nużawha. Naraha tistona mal-artiklu jekk nużaw Rhineland. Dan is-sit [1] jużaha.
- Bil-Malti ma ngħidx li teżisti Pajjiżi Baxxi. Bil-Malti, kemm biex nirreferu għal Holland u anki għal Netherlands nużaw Olanda. —Chrisportelli (d) 16:39, 31 Mejju 2009 (UTC)
Fil-fatti, il-kelma li użajt hi "Rheinland" (bil-Ġermaniż) mhux "Rhineland". Ma nafx liema hi l-aħjar, forsi nużaw "Renanja"
u nagħmlu nota tiddeskrivi fejn hi.
Il-ħbieb tiegħi mill-Pjjiżi Baxxi jieħdu għalihom jekk insejjaħ 'il pajjiżhom Holland għax fil-fatti Holland hi provinċja waħda mill-pajjiż!
Leli Forte (d) 17:56, 31 Mejju 2009 (UTC)
- Leli, l'użu ta' ismijiet oriġinali jiġi preferut f'linjigwida ta'ħafna lingwi u f'gwidi ta' edizzjonijiet oħra tal-wikipedija (cf. w:en:Wikipedia:COMMONNAME#Use_English_words). Sakemm m'hemx isem bi-Malti li għandu tradizzjoni ta' użu jew li qabad sew inhalliha "Rheinland". --Joelemaltais (d) 19:07, 31 Mejju 2009 (UTC)