Diskussjoni:Influwenza tal-majjali

Latest comment: 14-il sena ilu by Rmjd

Skont riċerka li għamilt fuq il-mutur tar-riċerka Google u anki minn dak li smajt fuq il-medja, sibt li bil-Malti l-aktar li jintuża' hu t-terminu influwenza tal-majjali [1]. Ma nafx hux eżattament t-traduzzjoni t-tajba għas-swine flu minħabba li swine bl-Ingliż tfisser ħanżir. —Chrisportelli (d) 04:52, 3 Mejju 2009 (UTC)Wieġeb

It-terminu "swine" skont id-dizzjunarju ta' Aquilina ifisser "majjal", "qażquż" u "ħanżir" ukoll jiġifieri naħseb li kollha korretti bħala traduzzjonijiet. Jiena personalment smajt ukoll "influwenza tal-ħnieżer" fuq ix-xandir iżda mhux ser nieħdu bħala definit. Jista' forsi xi ħaddieħor jagħti suġġeriment?--Rmjd 10:16, 3 Mejju 2009 (UTC)Wieġeb

Minn hawn sibtu t-terminu "influwenza tal-ħnieżer": http://ec.europa.eu/health/ph_threats/com/Influenza/novelflu_mt.htm u http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:21999A0318(01):MT:NOT

Nixtieq ukoll niġbidlek l-attenzjoni fuq il-frażi "m'għandha tiġi wżata" fil-kaxxa li tidher fuq; peress li 'uża' hija kelma Rumanza z-zokk tagħha qatt ma jinbidel u għalhekk tinkiteb "m'għandha tiġi użata". Grazzi.--Rmjd 10:30, 3 Mejju 2009 (UTC)Wieġeb

Aħjar: "m'għandha tintuża". Veru "uża" hi kelma Rumanza imma tant tħalltet mal-Malti li ngħidu "intuża" pereżempju! Leli Forte 10:44, 3 Mejju 2009 (UTC)Wieġeb

Iva naqbel ma' li għidt Leli Forte.--Rmjd 10:49, 3 Mejju 2009 (UTC)Wieġeb

Return to "Influwenza tal-majjali" page.