Diskussjoni:Dun Karm Psaila
Latest comment: 16-il sena ilu by Roderick Mallia in topic Nota
Xi ħadd kitbet: "Copyright violation; not in Maltese"
- Jekk jogħġbok, agħmel kont qabel il-waqt li tikteb xi ħaġa. Ma nafx jew min jikteb "Copyright violation" jew min għamilt il-violation.
- jekk jogħġbok, ikteb dwar il-paġna hawnhekk f'Talk, mhux fl-kliem tal-paġna stess
-- srl
Nota
immodifikaHemm bżonn li dan l-artiklu jerġa' jinbena mill-ġdid. Ma narax il-bżonn li ndaħħlu l-poeżiji kollha f'dan l-artiklu; għandna nagħmlu biss referenza għalihom. Chrisportelli 05:56, 10 Awwissu 2008 (UTC)
- Dment li ma jkunx hemm analiżi kritika, il-poeżiji għandhom biss jissemmew bħala referenzi, l-iktar l-iktar b'xi vers jew tnejn mislut. --Roderick Mallia 08:25, 10 Awwissu 2008 (UTC)
Ma narax x'ħa nitilfu billi nħallu l-poeżiji kollha għall-konvenjenza tal-qarrej jekk m'hemmx ksur ta' copyright.
"Leli Forte 14:50, 10 Awwissu 2008 (UTC)"
- Ma naqbilx ma' l-idea li niktbu l-poeżiji; jekk ikuyn hemm sezzjoni dettaljata li tittrata dwar il-poeżiji hemmhekk forsi nistgħu ndaħħlu xi siltiet mill-poeżiji. Ma narax soluzzjoni tajba li ndaħħlu poeżiji sħaħ. Chrisportelli 15:18, 10 Awwissu 2008 (UTC)
- Naqbel ma' Chris, però, jekk xi ħadd jixtieq jieħu l-inizjattiva u jikteb artiklu dwar il-poeżija partikolari nnifisha, hemmhekk, forsi jkun iktar lok. Darba konnha bdejna proġett simili għal wiki fejn konnha se nibdew nittrattaw biss il-letteratura Maltija (il-Wiki tal-Letteratura Maltija, fil-fatt) u b'hekk stajt wkoll norbtu l-artikli fuq il-wiki l-propja ma' din tal-letteratura. Imma bejn tnejn minn nies kienet impossibli l-ħaġa u għaldaqstant, tpoġġa kollox fuq l-ixkaffa. L-idea għadha tberren, imma... --Roderick Mallia 15:35, 10 Awwissu 2008 (UTC)